It-terroriżmu

  • Apr 01, 2016 10:18
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Il-ġrajjiet tal-ġimgħa li għaddiet ħasdu lil kulħadd. It-traġedja ta’ Brussell sfortunatament la hi l-ewwel waħda u lanqas ser tkun l-aħħar waħda. Hi traġedja fejn persuni innoċenti sofrew b’ħajjithom filwaqt li l-familji tagħhom ser jibqgħu maħsuda għal għomorhom kollu.

    Jekk ma wera xejn, wera kemm l-Ewropa ma kinitx ippreparata u kemm il-kliem, il-wegħdiet li jsiru ma jiswew għalxejn. Dan qed ngħidu għaliex niftakar x’ġara wara t-traġedja ta’ Pariġi s-sena li għaddiet. Saru laqgħat fl-ogħla istituzzjonijiet tal-UE fejn wegħdu aktar kooperazzjoni u fejn suppost ħadu passi biex dawn l-affarijiet ma jerġgħux isiru. Illum qed naraw l-istess affarijiet jerġgħu jiġu mwegħda. L-istess retorika.

    Il-problema hi li anki li kieku dawk l-affarijiet miftehma u maqbula jsiru, l-Ewropa xorta ser tibqa’ ffaċċjata b’din il-problema. Ir-raġuni hi waħda sempliċi – qed nippruvaw inwaqqfu s-sintomi. Meta tipprova ssolvi s-sintomi, it-tendenza hi li tinsa l-kawża - għaliex qed iseħħu dawn l-affarijiet?

    Filwaqt li ser inkomplu naraw ritratti ta’ mexxejja Ewropej ikunu sodisfatti b’dak li ftehmu, nies innoċenti ser jibqgħu jitilfu ħajjithom.

    UEFA Euro2016

    Dawk id-dilettanti tal-futbol żgur li jħarsu lejn din l-okkażjoni biex jaraw jekk imorrux jaraw xi logħba li għalihom tkun importanti. Hu tajjeb li wieħed jibda jaħseb minn issa speċjalment għall-ivvjaġġar u anki għal-lukandi. Biss l-aktar ħaġa li wieħed għandu joqgħod attent hu l-biljetti tal-logħba.

    Wieħed għandu joqgħod attent minn fejn ser jixtri l-biljetti. Bħas-soltu ser ikun hemm ħafna biljetti foloz jiġru fl-idejn. Dan qed ngħidu għaliex kull meta jkun hemm okkażjoni bħal din, bħala Għaqda tal-Konsumaturi nirċievu numru ta' ;menti fejn nies ikunu xtraw biljetti għal xi logħba u jew ma jirċevuhomx fil-ħin jew il-biljetti jkunu foloz.

    Meta jiġri dan, dawn il-konsumaturi jkunu ħallsu balla liri biex minflok raw il-logħba fuq it-televixin fil-kumdità ta’ darhom, rawha fuq it-televixin f’lukanda.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook