TERRUR

  • Mar 28, 2016 07:36
  • Miktub minn Alfred Sant

    It-terrur bħala għodda tal-gwerra ilu jeżisti sa minn meta l-bniedem induna li kien annimal soċjali. Ma’ kull ġenerazzjoni li għaddiet minn dak iż-żmien, l-għodda ssaħħet u nbidlet skont l-iżvilupp tat-teknoloġiji u skont kemm l-“imaġinazzjoni” tal-bniedem irnexxielha tiskopri mezzi ġodda biex toħloq diżgwid brutali fi ħdan l-“għadu”.

    Fi Brussell il-ġimgħa li għaddiet, twettaq ieħor fis-sensiela ta’ inċidenti li bihom tinkiteb l-istorja mdemmija tat-terroriżmu. Mhijiex se tkun l-aħħar waħda. Xorta ġġaRrbet minn ħafna qisha kienet l-ewwel attakk terroristiku li qatt seħħ. Hekk se jerġa’ jiġri meta jitwettaq l-attakk li jmiss. 

    It-terrur ġieli rnexxa bħala għodda ta’ ħidma offensiva, kif fost oħrajn turi l-istorja tal-imperu Ruman. Għandna kull interess biex il-mewġa ta’ terrur li ninsabu għaddejja biha llum ma titħalliex tasal għall-iskopijiet tagħha. Il-mezzi biex l-Ewropa tilqa’ għaliha m’għandhomx ikunu biss dawk militari jew li jinbnew fuq it-tisħiħ tas-sigurtà, għalkemm dawn jibqgħu indispensabbli. Trid tinbena xibka usa’ ta’ miżuri soċjali u ta’ informazzjoni.    

    ***

    Ġużeppi Mercieca

    Intqal ħafna dwar l-umiltà ta’ Monsinjur Mercieca fil-jiem wara li tħabbret mewtu, u ħaġa sorprendenti - kulma ntqal kien minnu. Hi kwalità li ma tantx tissemma, waħda li ftit hi pprattikata. Il-fehma ġenerali: ma tantx hi effettiva. 

    Jien wieħed minn dawk li fil-kuntatti li kelli mal-Arċisqof Mercieca matul is-snin, bqajt impressjonat bil-mod kif kien iġib ruħu. Ġentili u allużiv, kien iħallik tifhem anki wara li jkun kellmek, it-tifsira ta’ ħsibijietu, mingħajr ma jinsisti fuqha, donnu jemmen li dit-tifsira fl-aħħar se tiftiehem.

    Naħseb kellu raġun f’hekk. Mhux l-anqas għax il-ġentilezza ta’ mġibtu ma kinitx tfisser li ma kellux rieda soda.

    ***

    Studju dwar il-lobbies Ewropej

    Rapport ippreżentat minn għaqda volontarja l-ALTER-EU jiffoka fuq kif ir-Rappreżentanzi Permanenti (“ambaxxati”) tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fi Brussell iżommu laqgħat ma’ aġenti ta’ interessi privati. Dawn il-“lobbies” ikunu jixtiequ jiddiskutu ma’ uffiċjali tal-ambaxxati proposti resqin quddiem il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. B’hekk jipprovaw jinfluwenzawhom dwar x’pożizzjoni jieħdu.

    Fl-isforzi biex tiżdied it-trasparenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-aqwa attenzjoni nżammet issa fuq il-Kummissjoni Ewropea u s-servizzi tal-Kunsill Ewropew.  

    Bir-raġun, l-ALTER-EU targumenta li l-ambaxxati għandhom rwol ċentrali fil-mod kif jitħejjew il-pożizzjonijiet finali tal-Unjoni. Ma tantx sabet rispons meta talbet lill-ambaxxati biex jgħidu kif, meta u għal xiex uffiċjali tagħhom iltaqgħu ma’ “lobbyists” privati.

    Erbgħa  biss (tal-Irlanda, ir-Romanija, l-Olanda u l-Polonja) taw xi informazzjoni. Sitt ambaxxati qalu li ma jżommux l-informazzjoni mitluba. Ħamsa lanqas biss wieġbu. 

    Tnejn irrifjutaw li jagħtu l-informazzjoni: ir-Renju Unit u Malta.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook