Sena oħra

  • Diċ 24, 2015 00:10
  • Miktub minn

    Kważi għaddiet sena oħra – sena li għal individwi setgħet kienet tajba iżda li għad-dinja żgur li ma kinitx. Dan għaliex ħaġa li dehret ċar kienet li d-dinja hi maqsuma f’sezzjonijiet, gruppi li huma kontra xulxin u fazzjonijiet li lesti li jħallu ħajjithom u joqtlu lil ħaddieħor biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.

    Sena li ġabet instabilità kbira li llum qed tolqot lin-nies komuni fil-ħajja ta’ kuljum. Illum hemm ċerta inċertezza, ta’ jekk hemmx periklu meta niltaqa’ ma’ nies li ma nafhomx, jekk il-vaganza tiegħi tistax iġġibni f’periklu li nitlef ħajti, jekk hux ser ikolli futur aħjar għalija u għal uliedi, jekk hux ser nintlaqtu mill-vjolenza li qed tikber. Dinja li tgħix fil-paċi llum saret ħolma. Dan għaliex din is-sena l-paċi ma kinitx fuq l-aġenda ta’ gvernijiet u politiċi li għandhom influwenza kbira ta’ dak li jiġri fid-dinja.

    Dawn kienu konfużi aktar min-nies. Dan stajna rajnieh sew fil-kriżi tal-Greċja fejn l-awsterità wasslet għat-tbatija tan-nies komuni u wisq aktar fuq in-nuqqas ta’ politika ċara fuq l-immigranti, il-kriżi li ilha għaddejja snin fis-Sirja u kif ser nikkumbattu l-estremiżmu tal-ISIS.

    Fortunatament, dawn l-inċertezzi ftit li xejn laqtuna lilna li ngħixu f’Malta għalkemm ma nistgħux ngħidu dan għall-Maltin kollha. Dan ma nistgħux ngħiduh għal dawk li llum qed jiġu diskriminati – sew barra u sew ġod-dar tagħhom stess. Lanqas nistgħu ngħidu dan għal dawk kollha li qed jgħixu hawn Malta. Hawn qed nirreferi għall-immigranti fostna.

    Biss il-fatt li ftit laqtuna ma jfissirx li għada ma jistgħux jolqtuna bil-kbir. Biex dan ma jiġrix, irridu naħdmu għall-paċi. Irridu naħdmu biex nassiguraw il-paċi. Hemm min jaħseb li dan jgħodd għall-politiċi li jmexxu l-affarijiet. Jien nemmen li l-paċi kulħadd irid jaħdem għaliha – sew int u sew jien.

    Dan nistgħu nagħmluh billi nnaqqsu s-suspetti li għandna f’xulxin. Iżda l-aktar ħaġa importanti hi li nemmnu li kulħadd hu ndaqs. Dan nistgħu nagħmluh billi nqisu li kulħadd hu bniedem bħalna – la aktar u lanqas anqas. Kull persuna għandha l-istess drittijiet li għandna jien u int. Ħaġa li kulħadd jgħidha iżda li nibża’ li ftit huma dawk li jipprattikawha fil-ħajja ta’ kuljum.

    Hu b’hekk li nistgħu nagħtu kontribut lejn il-paċi. Jekk dan nattwawh fil-ħajja ta’ kuljum, il-paċi ma tibqax xi ħaġa estranja għalina, iżda ssir parti minna għaliex nagħmluha parti mill-kultura tagħna. Kultura li mhux biss taffettwa ħajjitna u ħajjet dawk li jmissu magħna, iżda wkoll l-imġiba tal-politiċi tagħna li jpoġġu l-paċi fuq nett fuq l-aġenda tagħhom meta jiġu biex jittrattaw ma’ ġnus oħra.

    Paċi lil kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0