L-Awditur Ġenerali

  • Nov 07, 2012 18:48
  • Miktub minn

    L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jirrispondi lill-Parlament. Fost funzjonijiet oħra li jaqdi, hemm dik li sa tnax-il xahar wara li s-sena finanzjarja tal-gvern tintemm, irid ikun ippreżenta rapport dwar il-ħruġ u d-dħul tal-gvern matul dik is-sena finanzjarja. Bi prattika tassew inaċċettabbli, qed jiġri dan: l-Awditur Ġenerali jippreżenta dar-rapport annwali tiegħu fl-aħħar ġurnata li fiha jsiru d-dibattiti parlamentari dwar il-baġit tas-sena li jkun imiss. Jiġifieri bħas-sena li għaddiet f’Novembru, malli l-Parlament spiċċa jiddiskuti l-estimi tas-sena 2012, marbuta ma’ x’kien magħruf dwar il-finanzi tal-gvern tas-sena 2011, ġie pubblikat ir-rapport tal-Awditur għas-sena finanzjarja 2010. Din il-ħaġa ma tagħmel l-ebda sens.

    Għal dis-sena, peress li jidher li l-baġit għall-2013 se jkun ippreżentat tard ħafna, staqsejt lill-Ispeaker jekk jistax jitlob lill-Awditur jippreżenta r-rapport għall-2011 bla ma joqgħod jittratjeni. Bilkemm titwemmen: l-Ispeaker wieġeb li la l-liġi tagħti massimu ta’ sena biex l-Awditur jippreżenta r-rapport tiegħu, ma hemmx lok li jintalab jagħmel kif issuġġerejt.

    Mhux ta’ b’xejn li l-Parlament Malti baqa’ jitlef mill-importanza, mir-rispett u mis-serjetà li kellhom ikunu tiegħu fil-ħajja pubblika tal-pajjiż.

    Funeral

    B’diskors tassew stramb, il-Ministru tas-Saħħa Cassar introduċa fil-Parlament abbozz ta’ liġi li se tirregola l-mezzi mediċi ta’ fertilizazzjoni li jistgħu jużaw koppji li jkollhom problemi fit-tnissil tal-ulied. Il-liġi ngħatat l-isem, għalija biżarr, ta’ abbozz għall-ħarsien tal-embrijuni. L-abbozz għad baqagħlu fejn jitjieb imma għal min jemmen fl-importanza tal-ħajja u kif is-soċjetà tagħna għandha tkun miftuħa b’kull mod lejn il-ħajja, l-introduzzjoni tiegħu messha titqies bħala ġrajja ta’ fejda u ferħ, li tiftaħ opportunitajiet ġodda għas-sostenn tal-ħajja. Stennejt li Cassar se jitkellem biex jiċċelebra dan l-iżvilupp. Minflok diskorsu aktar kien qisu imfassal bħala indirizz għal waqt funeral.

    Obama

    Ir-rebħa ta’ Barak Obama fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana kienet mistħoqqa, anke jekk ma kienx hemm raġuni ċara għaliex il-kampanja tiegħu ħalliet lil Romney jersaq daqstant qrib tal-barkun. Kull elezzjoni għandha l-intriċċi tagħha u tħalli warajha «tagħlmiet» differenti.

    Diġà semmejt dan il-fattur qabel u naħseb li r-riżultati tat-Tlieta li għaddew jikkonfermawh. Waqt li matul il-kampanja, iż-żewġ kandidati għall-Presidenza ħteġilhom jippożizzjonaw ruħhom fiċ-ċentru «moderat», meta ġew għas-si u n-no tal-aħħar, kellhom jagħmlu ġirja kbira wara l-votanti «militanti» tagħhom biex jiżguraw li dawn joħorġu jivvotaw. Jew l-eżerċizzju li għamel Obama f’din id-direzzjoni kien aqwa minn ta’ Romney jew kellu aktar «militanti» warajh. B’hekk rebaħ.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Nov 09, 2012

    qed niskanta li dr sant ma jafx l-ispeaker ma' liema naha jxaqleb ....... lanqas li mhux kulhadd jaf li l-ispeak

    Irrispondi