Stedina għall-Milied

  • Diċ 21, 2015 00:02
  • Miktub minn

    F’dawn il-jiem il-Caritas hadet inizjattiva li naħseb li ta’ min jibda jimitaha. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, Jum il-Milied, il-Caritas se tiftaħ il-kwartieri ġenerali tagħha f’numru 5, Triq l-Iljun, il-Furjana, u qed tistieden għall-ikel lil dawk li huma weħidhom jew li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

    Dawk li jixtiequ jattendu kulma jridu jagħmlu hu li jċemplu lill-Caritas fuq 99122515.

    Dawk li jafu lil xi ħadd li fil-ġurnata tal-Milied se jkun waħdu, huma mħeġġa biex iħajru lil din il-persuna tattendi għal din l-ikla.

    Il-Caritas ħasbet ukoll biex tipprovdi t-trasport għal dawk li jixtiequ jattendu imma, għal xi raġuni jew oħra, jaqtgħu qalbhom għax ma jkollhomx min iwassalhom.

    Solitudni

    L-inizjattiva tal-Caritas hija vera ta’ min ifaħħarha. Ikun tajjeb jekk għaqdiet oħra, l-iżjed dawk tal-Knisja, f’dawn il-jiem jitħajru jiftħu l-bibien tagħhom għal min hu waħdu.

    Il-persuna li tbati bis-solitudni bħalissa tħossha ferm aktar weħidha. Tibda tara familji u gruppi ta’ nies jidħqu u jixxalaw, u hi bilkemm għandha ma’ min tgħid kelma.

    Għalkemm differenti mill-faqar finanzjarju, is-solitudni hija wkoll tip ta’ faqar u jista’ jkollha effetti kemm psikoloġiċi kif ukoll fiżiċi.

    U tiskanta kif f'Malta, fejn kulħadd donnu jaf lil kulħadd, is-solitudni hija preżenti wisq aktar milli naħsbu. Stħarriġ riċenti li sar mill-“Malta Today” juri li 5 fil-mija tan-nies fil-Milied li ġej se jkunu qed jieklu weħidhom.

    Emotions Anonymous

    Ta’ min jgħid li barra l-ikla tal-Milied, il-Caritas toffri wkoll spazju fil-kwartieri tagħha f’numru 5, Triq l-Iljun, il-Furjana, lill-Emotions Anonymous fejn nies li għaddejjin minn diffikultajiet emozzjonali – bħas-solitudni – jistgħu jiltaqgħu fi gruppi u jaqsmu l-esperjenzi.

    Il-grupp li jmiss tal-Emotions Anonymous se jsir nhar it-Tnejn, 4 ta’ Jannar, 2016, mis-6.00 pm sas-7.30 pm.

    Xewqat

    Nieħu l-okkażjoni biex nixtieq lill-qarrejja kollha ta’ iNEWS, partikolarment dawk li jsegwu dan il-blog, l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u sena mimlija risq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Diċ 22, 2015

    il-bierah kien hemm artiklu fuq gazzetta lokali dwar familji fil-bzonn f'Birzebbuga. In-numru li kien hemm fl-artiklu kien 98112532. Jekk tistghu tghinuhom tkun haga sewwa. grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 22, 2015

    @Claudio: Nahseb in-numru li semmejt int huwa differenti. Dak biex tigi mghejjuna familja fil-bzonn. In-numru li tajt jien huwa tal-Caritas ghal min jinsab wahdu jixtieq jattendi l-ikla li se torganizza l-Caritas fil-Milied.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 22, 2015

    L-Arcipriet tal-Bazilka ta' San Gorg, Ghawdex, ukoll qed jiehu inizjattiva simili. Min jixtieq jinghaqad mieghu ghall-ikla huwa mitlub icempel 21550403 jew 99651961 mhux aktar tard mit-23 ta' Dicembru.

    Irrispondi