Il-President u l-karità

  • Diċ 17, 2015 00:11
  • Miktub minn

    Bla dubju l-President m’għandhiex bżonn lili biex niddefendiha. Mhux biss hija kapaċi titkellem għaliha nnifisha imma wkoll għandha uffiċċju sħiħ li jistgħu jitkellmu aħjar minni. Madankollu fil-jiem li għaddew reġa’ tqajjem punt li nħoss li għandi nikkummenta dwaru.

    Skont kif ġie rapportat, l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici, waqt li kien qed jitkellem fil-programm “Il-Parlament tal-Poplu” fuq Smash TV, saħaq li r-rwol ewlieni tal-President m’għandux ikun il-ġbir għall-karità.

    Ir-rapport, li deher fuq il-verżjoni elettronika tal-gazzetta “Illum”, ikompli li Dr Mifsud Bonnici saħaq li xejn m’għandu jneħħi mill-krettu tal-intenzjonijiet tajbin ta’ kull President meta jsir ġbir għal min huwa fil-bżonn.

    Dr Mifsud Bonnici ssokta jgħid li jekk, pereżempju, il-Community Chest Fund tirċievi €4 miljuni f’għajnuna minn attivitajiet għall-karità, il-Gvern għandu joħroġ dawn f’għajnuna lil min hu fil-bżonn.

    Ma nistax ma naqbilx li r-rwol ewlieni tal-President mhux il-ġbir għall-karità. Iżda mbagħad personalment ma tantx nara ruħ fir-rwol simboliku li ftit jew wisq qiegħed hemm għaċ-ċerimonjal.

    Filwaqt li nammira l-onestà u l-integrità ta’ Dr Mifsud Bonnici, ma naqbilx li l-Presidenza m’għandhiex tinvolvi ruħha fil-ġbir tal-karità. Għax mill-esperjenza tiegħi, ikollok kemm ikollok welfare state b’saħħtu, dejjem se jkun hemm dawk li se jaqgħu mit-toqob inevitabbli ta’ din ix-xibka soċjali.

    Ma nixtieqx noqgħod insemmi l-esperjenzi li ltqajt u spiss għadni niltaqa’ magħhom. Imma naħseb ikun tajjeb jekk il-President tara li r-rapport annwali ta’ kemm għenu nies u kif għenuhom jingħata ftit aktar pubbliċità.

    B’hekk inkunu qed nitfgħu dawl siewi dwar fejn il-Gvern jista’ jifrex il-ħidma tiegħu biex safejn hu possibbli jeqred il-faqar u jgħin lil dawk li qed imissu l-qiegħ.

    Il-poplu jaf li wisq drabi l-President hija l-aħħar bieb li fuqu tista’ tħabbat meta s-slaleb tal-ħajja ta’ kuljum ikunu tqal wisq biex tibqa’ ġġorrhom waħdek.

    ***

    Newtralità

    Flimkien ma’ Dr Karmenu Mifsud Bonnici u oħrajn iffirmajt l-ittra miftuħa lill-Prim Ministru dwar in-newtralità ta’ Malta u l-bżonn li nżommu ‘l bogħod mill-gwerer, anzi nieħdu sehem attiv favur il-paċi.

    Veru ma stennejtx prosit, u t-tgħajjir ta’ dinosawru u zombie ftit jew wisq kont qed nistennieh.

    Is-sabiħa hija li wħud minn dawk li ppruvaw jirredikolaw din l-ittra u lil dawk li ffirmawha kienu minn tal-ewwel ta’ ħarġu jċapċpu meta l-mexxejja taż-żewġ gvernijiet fil-Libja ltaqgħu Malta bil-għan li jkun hemm rikonċiljazzjoni nazzjonali.

    Dan huwa r-rwol ta’ Malta. Li jkollha kemm ikollha potenzi setgħana biex jiddefenduha, bi prinċipju għandha tkun kontra l-użu ta’ kull tip ta’ vjolenza. Mhux biss, imma trid tkun proattiva favur il-paċi f’kull rokna tad-dinja.

    Prosit lil kull min kellu x’jaqsam biex iż-żewġ gvernijiet fil-Libja ltaqgħu Malta u resqu lejn xulxin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 18, 2015

    jien favur il-paci u income garantit ghal kulhadd.Ma niehux pjacir nhara lis-suldati maltin jmutu fi qwerer li l-popolin ma jiehu xejn mnnhom. Proset lil president .dawn l-affarijiet huma ta unur kbir ghaliha

    Irrispondi
  •  

Facebook