TKABBIR EKONOMIKU

  • Diċ 09, 2015 00:05
  • Miktub minn

    It-tkabbir ekonomiku f'Malta baqa' jiġi sostnut.

    Il-fatt li jinsab qrib il-5 fil-mija fis-sena jiftaħ opportunitajiet ġodda.

    Kien meta l-ekonomija Maltija kienet tikber b'rati ta' dan id-daqs li saru l-aqwa bidliet fl-istrutturi ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż.

    B'għaqal u b'xorti tajba, din ir-rata ta' tkabbir tista' tinżamm għal ftit tas-snin oħra.

    U allura tqum il-mistoqsija -- kif għandu jitħaddem il-ġid maħluq?

    Min-naħa tal-gvern żgur l-attenzjoni għandha tkun biex il-fondi "aktar" li hu se jkun jista' juża, jmorru għall-investiment publiku, li għal snin wisq twal, tħalla jonqos.

    ***

    Populiżmu

    Fl-elezzjonijiet reġjonali ta' Franza, il-Front Nazzjonali, partit tal-lemin estrem, għadu kemm għamel rebħa kbira. Sar l-akbar partit tal-pajjiż, b'avvanzi qawwija tista' tgħid mat-territorju kollu.

    X'wassal għal dan?

    Aktar mill-proposti ta' politika li qed imexxi 'l quddiem, ħafna minnhom illiberali għall-aħħar, naħseb li ċ-ċavetta tas-suċċess kienet (u se tibqa'), dik li l-FN tkellem fuq il-problemi kbar li qed jaffaċċjaw iċ-ċittadini bl-istess mod kif qed jitkellmu dwarhom huma. Allura jitkellem ukoll bl-istess mod dwar is-soluzzjonijiet li qed joffri. Uħud minnhom mhumiex realistiċi, imma jappellaw lin-nies għax jagħtu l-fehma li dak li jixtiequ jaraw iseħħ, jista' jseħħ faċilment.

    Il-partiti l-kbar "moderati" jew jevitaw li jitkellmu dwar il-veru problemi tan-nies, jew iqanqluhom b'mod li ma jiftiehemx, jew ikollhom idaħħlu miżuri biex jilqgħu għall-problemi li anki meta jirnexxu -- u ta' spiss ma jirnexxux -- iqanqlu aktar diżgwid.

    Mhux ta' b'xejn li l-populiżmu javvanza.

    ***

    Repubblika

    Kollox ma’ kollox, ir-repubblika ta’ Malta sa issa ffunzjonat tajjeb. Hi demokrazija ħajja anki jekk ħafna drabi, it-tendenza kienet biex deċizjonijiet akuti jiġu mwaddba lura u lura fiz-zmien. Dan iwassal biex il-problemi jinġemgħu u jsiru aktar komplikati.

    Uħud fostna jemmnu li għalhekk is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kienet meħtieġa. Bidliet li kienu jibqgħu ma jsirux jew isiru bil-mod wisq, kellhom isiru bilfors biex il-pajjiz isostni r-regoli tas-suq kontinentali li sar parti integrali minnu.

    Jien wieħed minn dawk li mhumiex konvinti dwar hekk. Veru li bidliet iebsa ddaħħlu bl-ixprun tas-sħubija fl-UE imma f’wisq kazi kienu mfassla skont kriterji Ewropej li mhux bilfors jgħoddu għalina.

    Oħrajn jilmentaw minn dik li jaraw bħalha l-pwerilità tal-ħajja publika fir-repubblika tagħna. Veru li ta' spiss kwistjonijiet serji jiġu trivjalizzati u personalizzati. Madankollu dan jiġri f'pajjiżi oħra, mhux fostna biss. U d-daqs tagħna hu dak li hu. F'soċjetà fejn kulħadd jaf lil "kulħadd", hu kważi inevitabbli li kull kontroversja tispiċċa f'wiċċimbwiċċ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook