Id-dritt li titkellem

  • Diċ 09, 2015 00:05
  • Miktub minn

    Għalkemm f’dik li hija reliġjon aktar għandi mistoqsijiet milli tweġibiet, nara l-Knisja vera ta’ Kristu bħala t-triq. Kif qal Ġesù stess meta Tumas staqsieh, “Kif nistgġu nafu t-triq?” Għal min jemmen, Ġesù huwa t-triq u l-Knisja, minkejja d-difetti kollha tagġha, tista’ sservi ta’ dawl li jurina t-triq.

    Illum, iżda, il-Knisja m’għadhiex daqshekk ċentrali fil-ħajja ta’ ħafna nies daqskemm kienet tletin, erbgħin sena ilu. U ma nafx hux b’riżultat ta’ hekk li aktar u aktar nies jidhru li qed ifittxu xi ħaġa.

    Xi ħaġa li ħafna drabi lanqas jafu huma stess x’inhi. Imma xi ħaġa li mhumiex isibuha fil-konsum u aktar konsum.

    Sintendi l-Knisja Kattolika mhix dejjem tkun il-knisja vera ta’ Kristu. Wisq drabi ntilfet fil-vavati. Fl-argumenti bla sens. Fil-murtali u ċ-ċermonji. Biex ma nsemmix l-iżbalji kbar li saru fl-imgħoddi.

    Imma l-Knisja, kemm vera u kemm inqas vera, għandha dritt titkellem. Bħalma għandu dritt jitkellem kulħadd. L-umanisti u l-komunisti. Il-progressivi u l-moderati. Il-konservattivi u l-liberali. Int u jien.

    Pwerilità

    Kif qal tajjeb l-Arċisqof Charles Scicluna, mhux kull min jitkellem u b’xi mod jikkritika lill-Gvern ikun qed jagħmel pjaċir lill-Oppożizzjoni. Allaħares. Naqbel perfettament li dawn huma reazzjonijiet pwerili li lil dan il-pajjiż ma jagħmlulux ġid.

    Anzi nemmen li aktar jagħmlu pjaċir lill-Oppożizzjoni dawk li jibqgħu ħalqhom magħluq meta jħossu li l-affarijiet mhumiex isiru sewwa jew b’xi mod jistgħu jsiru aħjar.

    U l-aktar li jagħmlu ħsara lill-Gvern u jpaxxu lill-Oppożizzjoni huma dawk li biex jingħoġbu jgħidu “prosit” anke meta fil-qiegħ ta’ qalbhom ikunu qed iħossu mod ieħor.

    Hekk il-Gvern, hu min hu, għandu garanzija li jibqa’ dieħel ġo ħajt għax ma jkunx qed jara l-istampa kollha u jaħseb li n-nies qed tapprova l-għemil tiegħu.

    Separazzjoni

    Minkejja li jien l-ewwel wieħed li naqbel li għandu jkun hemm separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat, għalija dan aktar minn ħaġa oħra jfisser li l-Knisja m’għandha timponi t-twemmin tagħha fuq ħadd. U lanqas l-istat m’għandu jimponi xi twemmin partikolari fuq iċ-ċittadini.

    Mhux biss, imma l-Istat m’għandux ikollu reliġjon partikolari. Għax l-Istat daqskemm hu tal-Kattoliċi huwa tal-Anglikani, tal-Musulmani, tal-Ħindu, tal-Buddisti, tal-Ateisti, eċċ. eċċ.

    F’kelma waħda ta’ kulħadd. U f’pajjiż veru demokratiku kulħadd suppost għandu drittijiet indaqs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 11, 2015

    Li membru tal-kurja jesprimi ruhu dwar affarijiet mondani mhix problema. Imma ghandu dover jikkritika lil kulhadd. Zmien il-Gonzizmu spicca.

    Irrispondi