Dixxiplina

  • Nov 26, 2015 00:07
  • Miktub minn

    Hemm min jaħseb li d-dixxiplina u l-libertà ma jmorrux flimkien. Jien naħsibha mod ieħor. Anzi nemmen li jekk napplikaw il-libertà b’mod tajjeb, din iżżid id-dixxiplina. Waħda mill-affarijiet li ninnota hi li t-tfal ma nagħtuhomx libertà bizzejjed u fl-istess hin ma nghallmuhomx ikunu responsabbli. Jekk fil-liberta’ li naghtu ndahhlu r-responsabbilta’, id-dixxiplina tigi wahedha minghajr il-htiega ta’ hafna strutturi zejda biex naraw li l-affarijiet jimxu sew.

    Biss la m’ghandniex din, ikollna ndahhlu l-infurzar. Hawn ukoll ghandna problemi. L-ewwel haga hi li nemmnu li biex isir infurzar irid ikun hemm hafna rizorsi specjalment umani. Dan ghaliex nemmnu li biex isir infurzar irridu niccekkjaw kollox u lil kulhadd. Bhal ma gieli ktibt l-infurzar hu bhal meta int izzomm tazza. Jekk ma tuzax certa forza biex izzommha, din taqaghlek minn idek. Min-naha l-ohra jekk taghfasha hafna, din tinkiser f’idek.

    L-infurzar effettiv la ghandu bzonn hafna rizorsi u lanqas hemm bzonn idejjaq lil kulhadd. Fil-fatt ftit ilu kien hemm konsultazzjoni pubblika dwar dan - Kif nistghu nkunu effettivi minghajr ma ndejqu lil kulhadd sew biex nigbru l-informazzjoni u sew biex inzommu d-dixxiplina.

    Kull ma rridu hu pjan li naghmlu numru ta’ spezzjonijiet. Dan ma ghandux ikun kbir izda rridu nassiguraw li din tkun mifruxa. Galadarba wasalna ghan-numru ta’ spezzjonijiet li ghandna bzonn, naslu ghad-dati li dawn ghandhom isiru. Biex inkunu effettivi, il-postijiet li nkunu ser niccekkjaw iridu jkunu maghzula dakinhar u b’mod ‘random’. Min jinqabad li mhux qed izomm mar-regoli, jittiehdu passi u nxandru. Hu b’hekk biss li nistghu nkunu effettivi minghajr ma ndejqu lil kulhadd.

    Tiri

    Kont miexi Wied il-Ghajn u smajt numru ta’ tiri. Qalbi inghafset ghaliex naf li n-natura tilfet ghasfur iehor. Ghasfur li ma kien qed idejjaq lil hadd u li b’ghana tieghu kien qed isebbah in-natura. Hi hasra li dawk li rsistew hafna biex il-kacca tigi ristretta, illum ma tismax bihom. Tisma’ bihom meta xi hadd jispara fuq xi tajra protetta. Qieshom l-ohrajn mhux tajr ukoll! Hi hasra. Ghaliex l-edukazzjoni ghandha tkun kontinwa, b’mod pozittiv. Dan jista’ jsir billi nedukaw lit-tfal taghna bl-ispeci ta’ tajr li ghandna u li jittajru fuqna. Nghallmuhom kif dawn jghixu u l-kontribut taghhom sew ghan-natura u sew ghall-ambjent taghna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook