Liberté, égalité, fraternité

  • Nov 25, 2015 00:11
  • Miktub minn

    Nagħmilha ċara li m’għandi l-ebda rispett lejn l-ISIS. U la nemmen li huma stat u wisq anqas Iżlamiċi. Daqskemm mhumiex Kristjani l-Klu Klux Klan u dawk kollha li jiżirgħu l-mibegħda razzjali f’isem xi reliġjon.

    Għalhekk qalbi tingħafas ma’ kull żagħżugħ li jinqatel f’Pariġi. Imma nħoss l-istess niket għal kull persuna li tmut fil-Palestina, fl-Iraq, fis-Sirja, fil-Libanu, fil-Jemen u f’kull rokna ohra tad-dinja.

    U ċert li hemm ħafna modi kif tiġġieled il-kriminalità organizzata. Bħal ngħidu aħna nagħmlu sanzjonijiet fuq il-banek u l-kumpaniji li qed jinnegozjaw mal-ISIS.

    Barra minn hekk, jekk aħna tassew ċivilizzati ma nistgħux ngħixu minn fuq il-profitti li jġibu magħhom il-bejgħ tal-armi.

    U żgur ma nistgħux niġġieldu l-vjolenza bil-vjolenza. Għax kif qal darba Mahatma Gandhi, “An eye for an eye only ends up making the whole world blind.”

    Valuri

    B’dik l-introduzzjoni, xtaqt niftaħ daqsxejn ta' diskussjoni dwar il-valuri tagħna l-Ewropej. Fuq kollox il-valuri tal-libertà, ugwaljanza u fraternità.

    Onestament ma nafx x’jifhmu eżatt il-Franċiżi llum meta jitkellemu dwar dawn it-tliet valuri. U naħseb mhux il-Franċiżi kollha jinterpretaw dawn il-valuri bl-istess mod. Jekk sejjer żball nitlobkom tikkorreġuni.

    U peress li jien ngħix fuq din it-tikka blata, fost l-iżghar pajjiżi fid-dinja, inħoss li tajjeb nitkellem ftit dwar x’nifhmu aħna l-Maltin meta nitkellmu dwar il-libertà, l-ugwaljanza u l-fraternità. L-aktar jekk inhu veru li l-attakk tat-13 ta’ Novembru 2015 ma kienx kontra Pariġi imma kontra dawn il-valuri li jiddistingwuna minn komunitajiet oħra bi twemmin politiku u reliġjuż totalment differenti.

    Tifsiriet

    Meta tanalizza ftit, issib li kull wieħed minn dawn il-valuri jista’ jkollu ħafna interpretazzjonijiet. Pereżempju għalkemm dejjem għedna li Malta hija stat liberu, sal-biraħtlula konna għadna nikkustinjaw jekk għandux ikollna d-divorzju jew le.

    U jidher li mhux kulħadd jaqbel li għandna l-libertà nżommu ma’ liema partit irridu. U għal xi wud inkunu qed nabbużaw bil-kbir mil-libertà jekk nagħżlu li ma nkunux pappagalli, li ma nirrepetux dak li jgħidu l-awtoritajiet ċivili u ekkleżjastiċi, li jkollna moħħ analitiku u kritiku.

    Hemm ħafna xi tgħid u l-ispazju ma jippermettix. Imma ma nistax nikkonkludi mingħajr ma nsemmi n-nuqqas ta’ ugwaljanza. Veru li suppost kulħadd indaqs quddiem il-liġi, imma rari nitkellmu dwar in-nuqqas ta’ ugwaljanza li teżisti bejn dawk li jimpalawhom u dawk li jgħoddu ċ-ċenteżmi.

    U forsi nkun aktar qed nagħmel għedewwa milli ħbieb jekk ngħid li għal ħafna l-fraternità tispiċċa meta nkun ittesserat mal-partit l-ieħor. U agħar u agħar jekk ninzerta li għandi lewn ta’ ġilda differenti u nemmen li Mawmettu kien profeta t’Alla.

    Ma rridx ninftiehem ħażin. Jien nemmen fil-libertà, fl-ugwaljanza u l-fraternità. U qed nikteb dan għax nemmen tassew f’dawn il-valuri.

    U int x’taħseb?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Nov 26, 2015

    Jien nahseb li l-bniedem illum habib tieghek u ghada lest joqtlok ghal principju.

    Irrispondi
  •  

Facebook