Ix-xenarju tal-aħħar sena li matulu l-aġenda tal-pajjiż spiċċat marbuta mal-attentat ta’ gonzi-pn biex jibqa’ mkaħħal mas-siġġijiet tal-poter, issa laħaq lill-baġit. Iż-żifna ta’ dati li smajna fil-ġimgħat li għaddew dwar meta jista’ jiġi preżentat il-baġit għas-sena 2013 saret fi sforz bla qies biex il-gvern jipposponi telfa parlamentari li jqis bħala inevitabbli.
L-aqwa għall-Prim Ministru sar li jżomm fil-gvern kemm jista’ jkun sal-aħħar. Kull konsiderazzjoni oħra tiġi sekondarja għal dan il-għan. B’hekk, qed jinħolqu preċedenti inkredibbli għal kif gvernijiet futuri jistgħu jġibu ruħhom. Il-paraliżi fit-tmexxija tal-pajjiż tista’ tiġi ġustifikata bl-iskuża li l-aqwa hu li gvern jibqa’ f’postu.
Min jemmen li dan bilfors ikun fl-interess nazzjonali qed joħlom imqajjem. Iż-żifna tal-baġit tkompli żżid mal-inċertezza ekonomika u soċjali.
Skandlu
Tqajjem «skandlu» minn gonzi-pn għax gvern ġdid Laburista biħsiebu jiżgura li l-amministrazzjoni pubblika titmexxa b’effiċjenza u b’lealtà. Intqal kif dan ifisser li ħaddiema tajba jitneħħew. Issemma l-każ ta’ persuna li bejn l-1996 u l-1998 tneħħiet mill-kariga tagħha biex il-post jingħata lil ħaddieħor li politikament kienet qrib il-gvern tal-ġurnata.
Li ma ntqalx hu kif il-persuna indikata tneħħiet meta spiċċalha l-kuntratt tagħha; li dan il-kuntratt inizjalment kienet ħaditu a skapitu ta’ applikanti oħra għall-post li kellhom kwalifiki aħjar minnha; u li wieħed seta’ jargumenta b’mod leġittimu li laħqet b’dal-mod għax kienet politikament qrib tal-gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-1996.
M’hemmx limitu għall-ipokrisiji tal-PN. Anki meta pprovajna nimxu «ta’ nies» ma’ kulħadd bejn l-1996 u l-1998 – b’għadd ta’ Laburisti li ħassewhom urtati, forsi bir-raġun – sibna li minflok apprezzament, baqa’ jiskatta t-tixwix. U llum, il-mexxejja ta’ gonzi-pn – wara li qaċċtu l-irjus ta’ ħafna li ma jaqblux magħhom – qed jagħmlu ta’ bir-ruħhom li jinsabu skandalizzati għax il-PL jiddikjara li jixtieq ikollu amministrazzjoni effiċjenti u leali.
Lohengrin
Jgħidu xi jgħidu, hemm ħafna x’tammira f’Wagner. «Lohengrin» hi waħda mill-opri tiegħu li tfur b’mużika melodjuża u qawwija – u mhux biss dik li tindaqq meta l-għarusa tidħol fil-knisja ħalli tiżżewweġ. F’diversi punti oħra, il-vuċijiet u l-orkestra jitilgħu għal krexxendo li tisimgħu kemm tisimgħu, jibqa’ vitali u eċitanti.
Smajt l-opra għal darba tnejn fil-verżjoni tal-Festivall ta’ Bayreuth tas-sena 2010, diretta mil-Latvjan Andris Nelsons, li ma kontx naf bih qabel. Tant għoġbitni li se nerġa’ nismagħha u nerġa’ – dak hu l-vantaġġ ta’ kompjuter: jippermettilek torganizza l-ambjent ta’ madwarek waqt li tibqa’ fejn int.
alfredsant.org
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Nov 05, 2012Nixtieq naf kif tal-PN ma jisthux jidhru quddiem in-nies. Bejn l-1996 u l-1998 il-poitika t
Irrispondianonimu
Nov 06, 2012Cert li l-gambetti li kienu taw lil gvern laburista tan- 1996-1998, jirrepetuhom jekk dalwaq ikollna gvern laburista iehor ! Ghalhekk hemm bzon
Irrispondi