PRESIDENZA

  • Ott 04, 2015 13:01
  • Miktub minn

    Is-segretarju parlamentari għal affarijiet Ewropej Ian Borg kien Brussels għal laqgħa tal-grupp tas-soċjalisti u d-demokraiċi fil-Parlament Ewropew. Jinsab inkarigat ukoll mit-tħejjijiet għall-ħidma li Malta se twettaq fl-2017 fil-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    It-tħejjijiet qed jittieħdu bis-serjetà. Fost oħrajn, seħħet żieda ppjanata fl-istaff ta’ Dar Malta fi Brussell. Minn issa, din qed tkabbar l-operat tagħha biex tlaħħaq maż-żieda fil-volum ta’ xogħol waqt il-presidenza.

    Ian spjegali aspetti oħra tal-ħidma amministrattiva u teknika li qed issir. Il-passi li ttieħdu jidhruli f’waqthom. Jekk jibqgħu għaddejja bir-ritmu tal-lum, kollox għandu jkun f’postu bil-mod mixtieq. Mhux l-anqas fil-qasam ta’ kif se nużaw il-presidenza biex nipproġettaw xbieha dinamika tal-pajjiż.

    Personalment niddubita kemm il-fatt li pajjiż ikollu l-presidenza tal-Unjoni tiftaħlu xi prospetti ġodda. Xorta nieħu ħafna gost nara li għal okkażjoni mitqiesa bħala importanti, ikunu qed isiru tħejjijiet daqstant serji.

    ***

    Vilifikazzjoni

    Il-proposta li titneħħa l-liġi li tissettja l-vilifikazzjoni tar-reliġjon Kattolika bħala att kriminali, qajmet polemika.

    Se tibqa’ viġġenti liġi oħra, li tikkriminaliżża kull att jew stqarrija li tħeġġeġ disprezz jew mibegħda lejn kull twemmin reliġjuż, inkluż l-atejiżmu (?),. Wara riflessjni, ma narax xi bżonn għandha r-reliġjon Kattolika, jew kwalunkwe reliġjon oħra, ta’ “protezzjoni” akbar.

    Jissemma l-argument li t-tneħħija tal-liġi dwar vilifikazzjoni hu anti-kostituzzjonali. Il-kostituzzjoni hi miktuba b’mod li jippromwovi l-ħarsien tal-Kottoliċeżimu. Dan ma jsirx billi tneħħi miżura li appuntu kienet hemm għall-ħarsien tagħha.

    Hu argument tat-tip: Jekk se tipproklama l-ħarsien ta’ xi ħaġa, kull ma hemm sa issa biex “jipproteġiha” jrid jinżamm.

    Anki jekk ikunu nbidlu ċ-ċirkostanzi ta’ ħsieb, imġiba u espressjoni?

    Fil-każ, messna żammejna l-istrutturi tal-Inkiżizzjoni.

    ***

    Storja ekonomika

    L-istudju ta’ Aaron Grech ippubblikat mill-Bank Ċentrali “The Evolution of the Maltese Economy since Independence” kien jistħoqqlu attenzjoni akbar milli ngħata. Sfortunatament, m’għandniex tradizzjoni ta’ riflessjoni serja dwar il-qagħda ekonomika.

    Grech jinvestiga kif l-ekonomija Maltija żviluppat mill-1964 sal-lum, billi jifli l-istatistika ekonomika u finanzjarja f’diversi oqsma. L-eżerċizzju jgħallem ħafna. Grech jinkwadra l-bidla lejn ekonomija ta’ servizzi li seħħet, minkejja l-isforzi tal-bidu lejn l-industrijalizzazjoni, u r-rwol qawwi tal-gvern f’li ġara.

    Jikkonkludi li matul is-snin, l-ekonomija tagħna saret aktar stabbli, hi u ssostni rati ta’ tkabbir reali rispettabbli ħafna.

    Għalkemm il-bażi statistika hi kruċjali, ma naħsibx li waħidha biżżejjed biex turi l-ħsus tal-iżviluppi ekonomiċi. Dwar dan neħtieġu analiżi wkoll tal-proposti strateġiċi li wasslu lejn ċerti deċiżjonijiet. U forsi wkoll, in-narrativa ekonomika trid tibda minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

    F’dil-ħidma, l-istudju ta’ Aaron Grech jibqa’ għodda mill-aktar siewja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook