Primittivi

  • Ott 29, 2012 08:12
  • Miktub minn

    Minkejja l-ftaħir li nisimgħu bla waqfien, żvilupp stramb li seħħ il-ġimgħa li għaddiet wera kemm għadna primittivi fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini u l-konsumaturi. Aktar kien stramb dan l-iżvilupp għax ħadd ma nduna kemm kien stramb.

    Fit-trasport pubbliku ġara inċident serju li fih weġġgħu mat-tletin ruħ, uħud sew. Il-punt hawn mhux li noqogħdu nikkritikaw is-servizz tal-Arriva, fejn mhux kollox isir ħażin. Il-punt hu li l-għada, ġurnalisti staqsew lil tal-Arriva jekk humiex se jagħtu kumpens lill-feruti. Il-kumpanija ħarbet milli twieġeb.

    F’pajjiżi oħra Ewropej, il-mistoqsija ma kinitx tkun jekk hux se jingħata kumpens, imma kemm. Sa fejn naf jien għad ma ġiet imwieġba la mistoqsija waħda u l-anqas l-oħra.

    Makku

    Kif wieħed seta’ jistenna, ir-riżenja sforzata tas-sur John Dalli minn Kummissarju Ewropew baqgħet toħloq stejjer ġodda u kontroversji fil-midja Maltija u fost il-poplu. Hi xinhi l-verità tal-kwistjoni kollha, punt interessanti ġieli jissemma… imma mhux daqs oħrajn.

    Kieku l-Kummissarju li dwaru nqala’ l-każ ma kienx dak minn Malta, l-iċken membru tal-Unjoni Ewropea, imma tal-Ġermanja jew anki ta’ pajjiż mezzan bħar-repubblika Ċeka jew l-Olanda, kieku l-Kummissarju kien jiġi ttrattat bil-mod perentorju u dispreġjattiv li ntuża ma’ Dalli? …Dejjem sakemm ma kienx ikun hemm ftehim mal-gvern konċernat biex il-persuna nvoluta tintbagħat għall-ħruq malajr malajr…

    Jekk le, min jaf kemm kienu jittieħdu prekawzjonijiet biex l-affari titmexxa bl-aktar mod prudenti u trasparenti possibbli.

    L-episodju Dalli fakkarni fil-bravi li kienu jiddieħku għax kont insemmi x’jista’ jiġri meta l-makku (ħuta ta’ preġju u bnina), jitħakkek mal-balieni (ukoll ħuta ta’ preġju u bnina),.

    Għal Xejn

    Ġieli jfettillek tixtri xi ħaġa li taf li mhi se tiswielek għal xejn. Hekk ġrali meta ddobbjat grammatka tal-ilsien Fiġi. Din il-lingwa, bħall-Malti, għandha ftit ħafna nies jitkellmuha. Jinsabu mxerrda fuq medda ta’ gżejjer ċkejkna li huma wkoll bħall-gżejjer Maltin, għaddew minn taħt il-ħakma Ingliża. L-ilsien Fiġi għandu strutturi għal kollox differenti minn tal-ilsna Indo-Semitiċi. Għaraf iżomm l-integrità tiegħu. Hu ddotat bi flessibiltà fl-espressjoni li ma tpoġġiehx minn taħt f’paragun ma’ ilsna oħra aktar mitkellma minnu.

    Fijian Grammar ta’ G B Milner ħareġ mill-istamperija tal-gvern ta’ Fiġi għall-ewwel darba fl-1956 bit-tieni edizzjoni fl-1967. Kienet l-ewwel grammatka tal-Fiġi li qatt dehret.

    L-istudju tal-ilsna minn dejjem affaxxinani. Madankollu Fijian Grammar xtrajtu għal xejn. Naf li mhux se jkolli ċans nużah.

    Jekk hawn xi ħadd jitħajjar jistudja l-Fiġi, forsi nikkunsidra nsellifhulu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook