Taxxa fuq transazzjonijiet finanzjarji

  • Ott 24, 2012 18:16
  • Miktub minn

    Numru biżżejjed ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu li għandha tiddaħħal taxxa ġdida fuq il-bejgħ u x-xiri ta’ obbligi finanzjarji. It-taxxa se jkunu jistgħu jdaħħluha «bejniethom» skont ir-regoli tal-Unjoni. Malta hi fost il-pajjiżi li ma qablux mal-proposta.

    Xi wħud mill-punti favur u kontra:

    ---Is-settur tas-servizzi finanzjarji, li qala’ daqstant twegħir u kriżijiet fl-aħħar snin, m’għandux jibqa’ l-qasam l-anqas intaxxat, meta mbagħad il-popli qed ikollhom iġorru l-piżijiet tal-frakassi li ħalaq. Ftit tista’ tgħid le għal din l-osservazzjoni.

    ---Jekk it-taxxa ma jdaħħluhiex il-pajjiżi kollha, dawk li jdaħħluha se jpoġġu l-qasam finanzjarju tagħhom fi żvantaġġ. Malta, b’ekonomija li tiddependi bil-kbir mis-servizzi finanzjarji, qed tagħmel dan l-argument.

    ---Id-dħul mit-taxxa fuq servizzi finanzjarji għandha tmur għal fond ċentrali li jservi ta’ teżorerija għaż-żona tal-ewro. Taqbel ma’ din il-proposta jekk temmen li ż-żona ewro għandha ssir għaqda federali bilġri.

    Elezzjonijiet Amerikani

    Obama u Romney jinsabu ras imb’ras. Fl-aħħar ġimgħat, it-tnejn għamlu minn kollox biex jersqu lejn iċ-«ċentru» politiku. Kulħadd fehem li ma kellhomx alternattiva, għax se jkunu l-votanti «moderati» u mhux impenjati ma’ partit jew ieħor li se jiddeċiedu l-elezzjoni. Romney laħaq lil Obama wara li dan ta wirja dgħajfa fl-ewwel dibattitu presidenzjali ta’ bejniethom.

    Issa li jinsabu ras imb’ras, l-ironija tista’ tkun din: se jirbaħ min minnhom it-tnejn jirnexxielu jimmobilizza l-aktar lis-segwaċi fidili tiegħu biex joħorġu jivvotaw. Uħud minn dawk ta’ Romney (fost ir-Republikani fundamentalisti), u minn ta’ Obama (il-votanti suwed, ispaniċi u l-ħaddiema industrijali), jistgħu jibqgħu d-dar jekk jifhmu li ftit hemm differenza bejn il-kandidati.

    Requiem

    Smajt għal darba tnejn u aktar l-interpretazzjoni tar-Requiem ta’ Verdi mogħtija minn Herbert von Karajan «live» flimkien mal-kor u orkestra ta’ La Scala. Hi waħda eċitanti bis-solta drammatiċità preċiża li kien jaf isostni Karajan. Imma għaliex bqajt inħoss li l-verżjoni fl-«istudjo» ta’ Solti mal-kor u l-orkestra ta’ Chicago għadha tisboqha fil-qawwa u l-qilla «tremenda»? Forsi għax smajt lilha l-ewwel u drajtha matul is-snin? Miegħu Solti kellu lil Leontyne Price, Janet Baker u Jose van Damm. Ma’ Karajan kien hemm mill-ġdid Leontyne Price, Fiorenza Cassotto u Nikolai Ghiaurov. Ma għaddiex wisq żmien bejn verżjoni u oħra. Forsi jkun tajjeb li wieħed jisma’ verżjoni tar-Requiem li saret aktar qrib tal-lum biex jara kif titqabbel ma’ Solti u Karajan.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook