Problemi tal-konsumatur

  • Aww 22, 2015 10:02
  • Miktub minn

    Sa ftit ilu l-akbar problema li kellhom il-konsumaturi kienu l-kontijiet esaġerati tal-enerġija sew l-elettriku, sew il-fuel u sew il-gass. Illum dawn qed jiġu indirizzati. Għalkemm sar progress kbir, xorta nemmen li għad hemm xi jsir biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jimmaniġġjaw dan il-qasam aħjar sew billi jkunu aktar effiċjenti fl-użu tagħha u sew biex jekk jista’ jkun jiġġeneraw l-enerġija.

    X’inhuma l-akbar problemi li qed iħabbtu wiċċhom maghhom il-konsumaturi llum? Inħoss li l-akbar tliet problemi li hemm huma t-telekomunikazzjoni, il-garanziji kummerċjali speċjalment fuq il-white goods u prattiċi u kundizzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-konsumaturi. Dawn it-tliet problemi ilhom magħna – sempliċiment reġgħu telgħu fil-wiċċ għaliex problemi ohra li kienu qed jolqtu aktar lill-konsumaturi bhall-kontijiet tal-energija, illum qed jigu indirizzati.

    Jekk nieħdu l-ewwel settur – dak tat-telekomunikazzjoni – din il-problema ilha magħna. Sfortunatament hu diffiċli li tiġi indirizzata sew minħabba kundizzjonijiet lokali bħal suq żgħir u minħabba kundizzjonijiet Ewropej bħad-Direttiva tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni. Nibdew minn tal-aħħar. Din id-Direttiva tippermetti li l-operaturi jistgħu jbiddlu l-kundizzjonijiet anki meta jkun hemm kuntratt meta u kif iridu u meta jogħġobhom. L-uniku rimedju li toffri hu li meta jsir dan it-tibdil, il-konsumaturi jistgħu jinħallu mill-kuntratt.

    Għal Malta dan mhux refuġju għaliex iż-żewġ operaturi l-kbar minfok jikkompetu kif joffru l-aħjar servizz lill-konsumaturi huma f’kompetizzjoni min minnhom jiflaħ jisloħ lill-konsumaturi. L-akbar problema hi t-tibdil fil-kundizzjonijiet – aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar il-konsumaturi qed isibu li jkollhom jixtru servizzi li m’għandhomx bżonn u li qed iħallsu somom akbar kull sena. It-tieni problema hi li l-konsumaturi qed ikollhom iħallsu biex ikunu jafu għal xiex qed iħallsu.

    Nemmen li din il-problema tista’ tiġi solvuta li kieku l-Awtorità li tieħu ħsieb dan is-settur għandha r-rieda li lill-konsumaturi taghħihom a fair deal. L-iskuża mill-kumpaniji hi l-ispiża. Illum minħabba t-teknoloġija ma nemminx li din hi problema. Il-problema hi li l-kumpaniji ma jridux jinfurmaw lill-konsumaturi.

    It-tielet problema hi t-taħwid fil-kontijiet speċjalment mill-akbar kumpanija. Din ukoll tista’ tiġi solvuta mill-Awtorità. L-isfortuna hi li dawn il-kumpaniji għandhom saħħa kbira fl-ekonomija tagħna u bħall-banek huma ‘untouchables’.

    It-tieni problema hi l-garanzija kummerċjali speċjalment fil-white goods bħal fridges u washing machines. Jekk xi ħadd iħares lejn dawn il-garanziji jsib li 99% minnhom ma jiswew xejn. Ħafna drabi garanzija kummerċjali ta’ fridge jew washing machine tgħidlek li l-affarijiet tal-plastic, ħġieġ jew metall mhux garantiti. Dan mhux biżżejjed, għax tgħidlek ukoll li l-affarijiet tal-elettriku bħal mutur ukoll mhux garantit. Jista’ xi ħadd jgħidli jekk tneħħi l-plastic, il-ħġieġ, il-metall u l-affarijiet li jaħdmu bl-elettriku x’jibqa’ minn fridge jew washing machine?!

    Fortunatament hemm il-garanzija legali li għal sentejn tiggarantilek ċerti affarijiet. It-tajjeb tagħha hu li din torbot lil kull kummerċjant u kull settur u ma tiġix imneħħija, imnaqqsa jew mibdula mill-garanzija kummerċjali. Il-parir tiegħi hu li qabel ma tixtri għandek tistaqsi biex tara l-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali. Jekk issib dawk l-affarijiet li semmejt, l-għażla tiegħek għandha tkun ibbażata fuq affarijiet oħra, bħall-prezz u l-effiċjenza, u mhux fuq il-garanzija.

    It-tielet problema hi prattiċi u kundizzjonijiet li mhux ġusti mal-konsumaturi. Meta kundizzjoni ma tkunx ġusta? Dan isir meta kundizzjoni fil-kuntratt tax-xiri tkun qed tnaqqas mid-drittijiet tal-konsumaturi jew meta kundizzjoni tagħti aktar drittijiet lill-kummerċjant milli lill-konsumaturi. Iż-żewġ setturi fejn l-aktar issibhom dawn il-kundizzjonijiet kontra l-konsumaturi huma s-settur finanzjarju speċjalment il-banek, u s-settur tat-telekomunikazzjoni – żewġ setturi importanti ħafna għall-konsumaturi. Tal-ewwel għaliex ħafna mis-self li jissellfu l-konsumaturi biex jixtru dar jiġi mill-banek.

    Self biex tixtri dar hu meqjus bħala l-akbar spiża li jagħmel il-konsumatur f’ħajtu. Is-settur ta’ komunikazzjoni illum sar parti essenzjali biex tgħix fis-soċjetà u dan illum qed jiswa mijiet ta’ ewros fis-sena.

    Dawn il-problemi ilhom magħna u sfortunatament ser jibqgħu magħna jekk ser nibqgħu nitfgħuhom taħt it-tapit. Tajjeb li ngħidu li dawn il-problemi ma jħallux effett ħażin biss fuq il-konsumaturi iżda anki fuq in-negozji. Illum id-dinja qed tinbidel u t-teknoloġija qed tagħmilha aktar faċli li l-konsumaturi l-għażla li għandhom mhix biss waħda lokali iżda llum internazzjonali. Dan barra li jekk in-negozji tagħna ma jkunux ippreparati li joffru kundizzjonijiet tajba, qatt mhu ser ikunu kapaċi li jespandu barra minn xtutna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Aww 24, 2015

    Sur Borg Bonello, Il-kontijiet tad-dawl li sejjahtilhom esagerati, qed jigu "indirizzati". Li m ghedtx, li dak il-ftit ghexieren ta' ewro fis-sena li frankajna mill-kont

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 02, 2015

    L-awtorit

    Irrispondi