L-intervall – It-traġedja Griega

  • Aww 04, 2015 10:04
  • Miktub minn

    Ftit ilu kont tiftaħ xi mezz tax-xandir u l-ewwel ħaġa li titla’ kienet il-Greċja. Dan kien l-ewwel att ta’ din is-serje ġdida tat-Traġedja Griega. Serje fejn grupp ta’ atturi jitħalltu ma’ xulxin biex jiddeċiedu l-ħajja u l-futur tal-poplu Grieg. Minkejja dan f’din it-traġedja, l-inqas li jidher hu proprju min qed jintlaqat l-aktar. Issa ninsabu fl-intervall ta’ din it-traġedja. Tajjeb li nagħtu ħarsa żgħira lejn min kienu l-atturi prinċipali f’din ix-xena sew fuq il-palk u wara l-palk.

    L-atturi prinċipali kienu Angela Merkel, Francois Hollande, Jean-Claude Junker, Christine Lagarde, Alexis Tsipras u Jeroen Dijsselbloem. Dawn kienu l-atturi prinċipali li dehru, li taw ix-xejra tal-affarijiet kif ġraw, u li ħadu d-deċiżjonijiet prinċipali. Xena li kienet qed issir wara l-kwinti ftit ġibdet l-attenzjoni tal-ġurnalisti. Biss iddeċidiet dak li ġara fuq il-palk. Din kienet il-logħba chess li kienet qed tintlagħab bejn l-Istati Uniti u r-Russja – żewg potenzi kbar li kellhom interess kbir f’dak li kien qed jiġri (ara http://bbb84.blogspot.com/ ),.

    Jekk ma ħareġ xejn fl-ewwel att, ħarġet il-qasma li ilha tiddomina fl-Ewropa bejn iż-żewġ potenzi kbar fl-Ewropa – il-Ġermanja u Franza. Filwaqt li l-politika Ġermaniża dejjem ħarset lejn l-Ewropa bħala sett ta’ regoli, Franza dejjem rat l-Ewropa bħala proġett politiku. Kien għalhekk li waħda mill-aktar fatturi li ħareġ f’dan l-att kien l-attitudni differenti għall-problema Griega bejn Franza u l-Ġermanja (ara https://www.facebook.com/bborgbonello),.

    Angela Merkel hi l-ewwel mexxej Ewropej influwenti li minn mindu twaqqfet l-Unjoni Ewropea tkellmet u ppressat biex il-Greċja jew iżżomm mar-regoli kollha, xi ħaga li ħafna pajjiżi Ewropej ma jagħmlux, jew titkeċċa sew mill-Eurozone u anki mill-Ewropa. Merkel kienet lesta għal dan il-pass u għalhekk dejjem tkellmet li l-Ewropa u l-blokk tal-Euro huma blokki b’saħħithom li jifilħu li jkeċċu pajjiż bħall-Greċja.

    Fuq in-naħa ta’ Merkel kien hemm Christine Lagarde, li ġejja mil-Lemin Franċiż u li tmexxi l-IMF, l-International Monetary Fund. Għal Legarde l-Greċja kienet kwistjoni mitlufa u għalhekk kienet ippreparata li tara l-Greċja falluta bil-konsegwenzi tagħha kollha. L-attitudni ta’ Legarde biex ikun hemm awsterita’ qawwija fil-Greċja dejjem ħarget ċara u qatt ma tat ħjiel li dawn il-miżuri ser iwasslu biex il-Greċja jkollha tkabbir ekonomiku u jew biex il-ħajja tkun aħjar għall-Griegi. Lanqas semmiet il-qligħ kbir li kienu qed jagħmlu min sellef flus lill-Grecja. Il-qligħ kien ġej għaliex l-interessi li qed tħallas il-Greċja lill-kredituri tagħha huma ħafna aktar għoljin mill-interessi li kienu qed iħallsu huma. Ħarsa lejn l-interessi li tiġbor minn flus li tpoġġi l-bank tittendi liema rati qed iħallsu l-banek biex ikollhom kapital xi jselfu u tittendi l-qliegħ li qed jaghmlu.

    Fuq in-naħa ta’ awsterità u Grexit (il-ħruġ tal-Greċja sew mill-Euro u sew mill-Unjoni), kien hemm ukoll Jeroen Dijsselbloem. Dan hu l-Ministru tal-Finanzi tal-Olanda li hu wkoll il-President tal-Eurogroup li hu ffurmat mill-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi li jużaw il-Euro. Dijsselbloem ħa l-fama meta mexxa l-bailin ta’ Ċipru. Hu bniedem li jemmen li l-interessi finanzjarji u li jkun hemm dixxiplina finanzjarja jiġu l-ewwel u qabel kollox.

    Dan ma kienx ħabbel rasu meta f’Ċipru kien daħħal lill-UE fi problema għaliex kien ried li l-garanzija li hemm fuq id-depożiti fil-banek Ċiprijotti kellha titneħħa. Dan kien qajjem rebus sħiħ għal żewg raġunijiet - l-ewwel għaliex dan kien jikser Direttiva tal-UE stess u t-tieni għaliex id-depożitaturi ma għandhom l-ebda sehem fit-tmexxija tal-banek. Fil-fatt tant kienet qawwija r-reazzjoni li kien qajjem li biex itaffi ftit il-ħsara li għamlet din il-fehma, l-UE kienet tellet l-ammont garantit għal €100,000 fil-pajjiżi kollha tal-UE.

    Fuq in-naħa l-oħra tal-istampa kien hemm Junker li żgur li ma ridtx li jitniżżel fl-istorja li kien il-President li l-Unjoni Ewropea minflok issaħħet bdiet tiżżarma. Ħadem bis-sħiħ biex ma jarax Grexit u I-bidu tat-tmien tal-UE. Żgur kien taħt pressjoni kbira minn Merkel biex ikeċċi lill-Greċja jekk din ma tagħmilx dak li jiddettaw it-troika.

    Fuq din in-naħa wkoll kien hemm Hollande, il-President Franċiż, li kompla mexxa l-politika Franċiża li jsaħħaħ il-proġett Ewropej. Fil-fatt mhux talli qatt ma semma Grexit jew il-ħruġ tal-Greċja miż-żona tal-Ewro jew mill-UE iżda dejjem saħaq li din il-possibilita’ mhux qegħda fost l-għażliet li għandha l-Ewropa. Kienet il-ħidma tiegħu li salvat is-sitwazzjoni lill-UE. Mhux biss ħadem biex iġib iż-żewġ naħat opposti – it-troika mmexxija minn Merkel u l-Prim Ministru Grieg Tsipras. Ħadem u għen lill-Griegi biex ikunu ppreparati iżda wkoll kif iressqu l-pjani tagħhom b’mod li jistgħu jkunu aċċettati.

    Fuq din in-naħa mingħajr ma jidhru kien hemm ukoll is-support tal-Istati Uniti li l-interessi ġeopolitiċi taghħom għandhom bżonn sew l-UE u sew li l-Greċja tkun f’dan il-grupp. Minkejja li pubblikament l-Amerikani ma tkellmux biss żgur li l-influwenza tagħhom kienet kruċjali biex il-Greċja tibqa’ fl-UE. Il-politika tagħhom illum ħarġet biċ-ċar speċjalment minħabba li fi ftit xhur oħra l-UE ser ikollha tiffaċċja wkoll il-problema tar-Renju Unit. Il-President Amerikan diġa’ wera l-pożizzjoni Amerikana meta riċentament ġie kkwotat li qal: Post ir-Renju Unit hu fl-Unjoni Ewropea.

    L-Italja permezz ta’ Matteo Renzi wkoll kienet fix-xena billi riedet ftehim sostenibbli sew għall-Greċja u sew għall-Ewropa.

    Il-messaġġ li wasslu kien wieħed – il-Griegi jridu jħallsu bl-ikrah talli fettillhom li jivvutaw LE fir-referendu, il-Gvern Grieg tilef id-dritt li jiggverna skond ir-rieda tal-poplu għaliex issa sar meżż teknokratiku tal-Troika, u l-Ġermanja ser tiddomina l-UE fil-futur. Messaġġ aktar fond hu li l-UE preżentament tilfet ir-ruħ soċjali tagħha… biss għad hemm tama, żgħira kemm hi żgħira.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0