Espedjent

  • Ott 22, 2012 11:50
  • Miktub minn

    L-għażla li saret ta’ Kummissarju ġdid Ewropew Malti ma kinitx ħażina. Il-Viċi Prim Ministru Borg hu wieħed mill-ftit esponenti ta’ gonzi-pn li minkejja l-fehmiet konservattivi tiegħu, ma jħallix kunsiderazzjonijiet partiġjani jiġru bih il-ħin kollu. Għandu wkoll kwalitajiet personali u politiċi tajba.

    Madankollu n-nomina tiegħu għandha xamma ta’ espedjent tattiku ieħor min-naħa tal-Prim Ministru. Sa minn meta telqet din il-leġislatura, wisq proposti, għażliet u nomini saru għal raġunijiet ta’ makakkerija, biex ma ngħidx makkjavelliżmu. Ħafna minnhom spiċċaw jisplodu f’wiċċ il-gvern. Bdejna bil-proposta li l-Ispeaker jinħatar min-naħa Laburista, u komplejna fost oħrajn bin-nomini ta’ assistenti parlamentari u l-mod kif il-Prim Ministru mexxa l-abbozz ta’ liġi dwar id-divorzju.

    Għal gvern li għex u qed jgħix gidba, b’gidba u f’gidba, espedjenti li dehru ta’ fejda, kellhom ta’ spiss konsegwenzi mhux mistennija u perikolużi għall-gvern. Min jaf hux se jiġri l-istess bin-nomina ta’ Tonio Borg.

    Tolleranza żero

    Laqtuni l-kummenti dwar il-każ tal-eks Kummissarju Ewropew Dalli, li saru f’Malta kemm mill-publiku u kemm minn nies involuti fit-tmexxija politika u tan-negozju. Ħassejt sew li l-kultura ta’ tolleranza żero fil-ħajja publika għadha mhix mifhuma fostna. Qed ingħid dan bla ebda preġudizzju għal xinhuma l-fatti u l-verità fil-każ li tqajjem kontra Dalli.

    Fil-ħidma li trid issir biex il-korruzzjoni u t-tixħim jiġu mrażżna b’tolleranza żero, l-affarijiet ikollhom isiru bi proċeduri adatti biex jeliminaw kull spazju għall-omertà li bilfors tiddeffes fi kwalunkwe abbuż ta’ dan it-tip. Żmien ilu, konna rajna jqumu l-istess kwistjonijiet u kontestazzjonijiet dwar kemm kienu ġusti jew le il-proċeduri ta’ stħarriġ li saru fl-Italja, fil-każi tal-«idejn nodfa» u tal-manuvrar finanzjarju tal-grupp tan-negozju ta’ Berlusconi.

    Sonata tal-Ħarifa

    Ingmar Bergman jibqa’ wieħed mid-diretturi tal-films favoriti tiegħi. Rajt «Sonata tal-Ħarifa», dramm «psikoloġiku» ta’ konfront bejn omm li bniet karriera ta’ pjanista waqt li tat daharha lil familtha, u bintha miżżewġa li għadha tħossha mċaħħda mill-imħabba li setgħet tagħtiha tifsira għal ħajjitha. Ingrid Bergman u Liv Ullman jagħtu wirja spettakolari. Anki jekk it-teknika filmistika illum tinħass imtawla, nara li għadha effettiva ħafna. In-nisġa tal-konfront bejn in-nisa jista’ jitqies kemxejn sintetiku – ifakkrek fil-mudelli tal-«well made play» tas-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor. Imma lil Bergman faċli taħfirlu kollox quddiem il-maestrija tiegħu fit-tħaddim ta’ skatti teatrali li juru lill-atturi tiegħu fl-aqwa tagħhom. «Sonata tal-Ħarifa» tatni l-ħajra li nara jew nerġa’ nara l-films kollha ta’ Bergman, mill-bidu sal-aħħar.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Ott 24, 2012

    Il-kumment li ghamel Dr Sant fuq Ingmar Bergmann fakkarni f'intervista li Woody Allen ( direttur kbir iehor li nammira),

    Irrispondi