Aktar dwar l-Arbitru Finanzjarju

  • Ġun 24, 2015 10:10
  • Miktub minn

    L-aħħar darba ktibt dwar it-twaqqif tal-Arbitru Finanzjarju. Semmejt il-vantaġġi li dan ser ikollu fuq is-sistema preżenti. Semmejt ukoll li l-SMEs ser ikunu wkoll meqjusa bħala konsumaturi.

    Hemm aspett ieħor li ser jiehu aktar importanza milli għandu llum. Dan hu li l-Arbitru ser jeżamina u jiddeċiedi lmenti dwar il-bejgħ ta’ prodotti finanzjarji. Dan ser ikun ta’ vantaġġ għall-konsumaturi. Ma rridux ninsew li l-akbar problema li jsibu l-konsumaturi dwar ix-xiri ta’ prodotti finanzjarji hi liema prodott hu adattat għalihom.

    Id-diffikultajiet huma diversi, bħalma ktibt l-aħħar darba. Ma rridux ninsew li min ikun qed jagħti parir jista’ jkollu interess akbar li jbigħ prodott u mhux ieħor. Dan l-interess jista’ jkun ġej mill-commission li jkollu fuq dak il-prodott. Jista’ jkun, u din l-aktar li tgħodd għall-banek, li min qed ibigħ ikun taħt pressjoni mill-bank jew aġenzija finanzjarja biex ibigħ ċertu ammont ta’ prodotti finanzjari tul perjodu ta’ żmien. Jista’ jkun li din l-istituzzjoni jkollha interess li tbigħ prodott u mhux ieħor.

    Dawn, barra l-problema tal-jargon li jintuża u n-nuqqas ta’ edukazzjoni f’dan is-settur, jagħmluha aktar diffiċli biex il-konsumaturi jipparteċipaw b’sehem aktar attiv fix-xiri ta’ dawn il-prodotti. Dan iġibni għall-wegħda li kienet għamlet l-UE meta John Dalli kien Kummissarju li kellu responsabbiltà tal-konsumaturi. Waħda mill-proposti kienet li l-UE kienet ser taħdem biex fil-pajjiżi jitwaqqfu istituzzjonijiet indipendenti biex jagħtu pariri. Id-differenza kellha tkun li dawn ma jkollhomx interess finanzjarju li jbigħu prodott u mhux ieħor.

    Sfortunatament jidher li kollox tar mar-riħ għaliex din il-proposta ma ssemmietx aktar. Ma ninsewx li l-aħħar problemi li kien hawn f’dan is-settur, l-akbar ilment kien li konsumaturi ġew mibjugħa prodotti li ma jgħoddux għalihom. Hu għalhekk aktar importanti li l-konsumaturi jkollhom rimedju.

    Sintendi din il-proposta ser iġġib l-akbar reżistenza minn istituzzjonijiet li jbigħu dawn il-prodotti għaliex ser ikunu aktar kontabbli. L-argument prinċipali tagħhom hu li l-investitur qed jagħmel id-deċiżjoni u huma sempliċiment juruh il-possibbiltajiet. Dan hu argument li jidher b’saħħtu iżda li meta tqabblu ma’ dak li jiġri fir-realtà meta konsumatur normali jkun ser jixtri prodott finanzjarju ma tara l-ebda xebh.

    Filwaqt li investitur professjonali diġà jkollu idea tat-tip ta’ prodott li għandu bżonn, konsumatur normali kulma jkollu f’moħħu hu li l-flus li ġemma’ minflok iħallihom reqdin ġo bank, jinvestihom biex jassigura dħul aħjar. Dan la jkollu idea tal-prodotti li hemm fis-suq u wisq anqas ta’ kif jaħdmu u s-sogru li għandu kull prodott partikolari. Hu għalhekk li konsumatur bħal dan hu dipendenti kważi mija fil-mija fuq dak li jagħtih il-parir u d-direzzjoni għal liema investiment ikun ser jissogra flusu.

    Din is-sitwazzjoni twassalna għal mistoqsija oħra. Għandu jkun responsabbli dak li jagħti parir u direzzjoni. Illum ħafna mill-professjonijiet jagħrfu dan l-obbligu. Tant hu hekk li llum ħafna professjonisti għandhom indemnity insurance biex fil-każ ta’ żball min-naħa tagħhom din l-insurance tagħmel tajjeb għall-ħsara li tkun saret. Allura, jekk professjonisti bħal tobba, periti u inġiniera llum jagħrfu dan l-obbligu, għaliex jarawha daqshekk diffiċli dawk li jaħdmu f’dan il-qasam? Jista’ jkun għaliex dan il-qasam għadu relattivament ġdid. Iżda jista’ jkun li l-ambjent li jaħdmu fih iwassalhom għal din l-attitudni. Wieħed irid jiftakar li ħafna minn dawk li jmexxu dawn l-investimenti ħobżhom dejjem maħbuż. Dawn jimmaniġġjaw il-flus ta’ ħaddieħor. Jekk l-investiment imur tajjeb, sehemhom ikun akbar. Jekk l-investiment imur ħażin, hu l-investitur li jmur ħażin, għaliex il-fees tagħhom huma l-ewwel ħaġa li tinqata’ qabel ma d-dħul jasal għand l-investitur.

    Hu minħabba f’hekk li din il-bidla ser ikollha impatt pożittiv għall-konsumaturi u żgur twassal għal serħan tal-moħħ li l-pariri li jingħataw ikunu aktar realistiċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0