Dvernja fis-saħħa

  • Ott 18, 2012 10:22
  • Miktub minn

    Id-dibattitu fil-Parlament din il-ġimgħa dwar il-kiri/xiri mill-gvern tal-isptar privat St Philip reġa’ kkonferma kif it-tmexxija tal-qasam tas-saħħa tinsab, u ilha, f’taħwid skandaluż. Ilha hekk min-nofs is-snin disgħin talanqas. Id-dvernja kompliet issir agħar bl-iżbalji u l-ħala monumentali tal-gvernijiet ta’ Fenech Adami u Gonzi dwar l-isptar Mater Dei. Minn dak iż-żmien lil hawn ħlief lipazzar bla strateġija u serjetà ma sarx: u manuvrar klijentelistiku meta tersaq elezzjoni. Biżżejjed wieħed isemmi d-dawra durella ta’ sptarijiet li ssemmew fl-aħħar snin biex isolvu din jew dik il-problema : estensjoni ta’ Mater Dei ; sptar onkoloġiku ġdid ; il-binja f’St Luke’s ta’ Karen Grech jew le ; l-isptar tal-Blue Sisters jew le ; sptar ġdid bħala estensjoni ta’ San Viċenz ; l-isptar Boffa li se jingħalaq jew le. Dan barra mit-taħwid dejjem għaddej fl-isptar ta’ Għawdex.

    U issa dil-manuvra biex jinkera b’għaġla kbira l-isptar St Philip lejliet elezzjoni. B’dan, se jinqeda mill-koxxa xi ħadd li lejh gonzi-pn jinsab imdejjen bil-kbir politikament.

    Riżenja

    Huma xinhuma l-fatti, hi xinhi l-verità, ir-riżenja ta’ John Dalli minn Kummissarju Ewropej fiċ-ċirkostanzi li ġrat tagħmel deni kbir lil pajjiżna. Minkejja x’qal Barroso, jew x’intqal li qal, ir-reputazzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea mhijiex mill-aħjar. B’dan li ġara, kemm ġewwa kemm barra minnha, l-opinjoni internazzjonali dwarna mhix se tmur għall-aħjar.

    Il-Prim Ministru għandu responsabbiltà kbira meta jiġi biex jappunta lil xi ħaddieħor bħala Kummissarju. Dat-tali se jkollu jwettaq fuq bażi personali, operazzjoni sħiħa ta’ tiswija politika. Imma Dottor Gonzi bħalissa moħħu biss f’kif jista’ jissoda l-qagħda tiegħu qabel l-elezzjoni li riesqa u kif jista’ jiggranfa xi żewġ voti oħra. Ma neħodhiex bi kbira jekk l-għażla tiegħu jagħmilha skont dawn il-kriterji.

    L-aħħar passaport

    Fejn xi ħaġa tkun qed issir tajjeb, trid tgħid li hekk hi. Ridt nagħmel passaport ġdid dan l-aħħar għax li kelli skadhieli. Bqajt impressjonat bl-effiċjenza u l-ħeffa li jitħaddmu fil-proċess li bih jaqduk, int u tagħmel dak li hu neċessarju. Il-passaporti issa qed jinħarġu fuq mudell biometriku kif jgħidulu, li jinkludi l-marki tas-swaba, reġistrati elettronikament. Milli rajt, ma jidhirlix li kont qed ningħata xi trattament speċjali bħala deputat. Ċittadini oħra kienu qed jinqdew bl-istess ħeffa u kortesija. L-impjegati jistħoqqilhom prosit.

    Ħadt gost li spiċċajt b’din l-impressjoni tajba tal-uffiċċju tal-passaporti, għax ikkonfermawli li l-passaporti ġodda ukoll idumu għaxar snin validi. Li x’aktarx jagħmel dal-ġdid li tawni l-aħħar wieħed tiegħi. L-ewwel wieħed għamiltu fl-1966…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Ott 18, 2012

    ".... Li x’aktarx jagħmel dal-ġdid li tawni l-aħħar wieħed tiegħi.…" Din xi tfisser Dott li se tmut sal-2022 jew mhux se ssiefer aktar wara dik is-sena?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 18, 2012

    Dr Sant, Hu to gost kbir li nerga naqra kontribuzzjonijiet tieghek...dejjem fil-qosor, lucidi, irragunati u l-iktar haga li tghogobni pungenti. Kompli kkontribwixxi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 19, 2012

    Jalla jkollok bzonn iktar passaporti barra dan Dr Sant halli tibqa' taghti kontribut siewi lil pajjizna kif dejjem tajt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 20, 2012

    Ghaziz Dr. Sant, nispera li l-passaport il-gdid li ghamilt ma jkunx l-ahhar wiehed tieghek. Anzi nawguralek zewg passaporti ohra !

    Irrispondi