Vouchers

  • Mej 28, 2015 12:27
  • Miktub minn

    Ftit ġimgħat ilu kien Jum l-Omm. Jum meta ħafna mill-ulied iħossu li jridu jagħtu rigal lil ommhom. Ħafna jagħżlu li joħduha magħhom tiekol. Oħrajn imorru għal xi rigal.

    Rigal hu aktar uniku iżda hu wkoll aktar diffiċli għaliex biex int ma toħroġx ta’ mażetta trid tkun taf lill-persuna sew. Anki jekk int tkun taf lill-persuna, taf li wara ftit drabi ssib li int nieqes mill-ideat u x’tip ta’ rigal tkun ser tixtri. Dan ikun aktar diffiċli speċjalment jekk il-persuna li tkun ser tagħtiha rigal hi anzjana. Għat-tfal ma tantx hawn problema, għaliex dawn juruk xi jħobbu malajr. Iż-żgħażagħ u l-kbar issib xi ħaġa elettronika li togħġobhom. Il-problema hi l-anzjani.

    L-affarijiet li jogħġbuhom ħafna drabi huma partikolari ħafna. Hemm ħafna raġunijiet għal dan, fosthom li ħafna drabi s-swieq aktar jiffokaw fuq affarijiet li huma ġodda u għalhekk l-anzjani mhux imdorrijin bihom. Biss is-suq sab soluzzjoni għal dawk li jixtiequ jagħtu rigal mingħajr ma joqogħdu jħabblu rashom – il-vouchers.

    Il-vouchers saru xi ħaġa aċċettabbli fis-soċjetà tagħna. Qabel ma tantx kienet xi ħaġa aċċettata li tagħti flus, biss illum ġiet aċċettata u għalhekk hi aktar faċli.

    Hemm tliet tipi ta’ vouchers – dawk li huma maħruġa minn ħanut partikolari, oħrajn fejn il-voucher ikun maħruġ minn organizzazzjoni oħra li tagħmel arranġamenti ma’ numru ta’ ħwienet li jaċċettaw li jsarrfu dawn il-vouchers, u oħrajn maħruġa minn banek fejn il-voucher tkun tip ta’ card differenti iżda li tista’ tintuża mill-ħwienet kollha li jaċċettaw il-cards tal-bank partikolari. Sintendi tal-aħħar jagħtu aktar varjetà.

    Biss kollha għandhom xi ħaġa komuni li ftit jafu biha l-konsumaturi. Din hi li kollha għandhom data ta' skadenza. Ġeneralment din tkun ta’ sena u nofs. Biss dawk il-vouchers maħruġa minn ħwienet partikolari ġeneralment ikollhom anqas.

    Peress li ħafna nies ma jafux b‘din il-kundizzjoni, ħafna drabi dawn jagħtu voucher mingħajr ma jgħidu b'dan lil min irċevih. Għalhekk mhux l-ewwel darba li xi ħadd jingħata voucher u jerfgħu xi mkien. Jghaddi ż-żmien u meta jiftakru fih imorru biex juzawh u jsibu li jkun skada.

    Personalment, filwaqt li nara vantaġġi kbar fil-vouchers, ma naqbilx mad-data tal-iskadenza. Ir-raġunijiet huma sempliċi:

    Min jixtri l-voucher diġà jkun ħallas il-flus u għalhekk min jissupplixxi l-voucher ikun diġà ġab l-ispiża biex jorganizza l-voucher u biex jagħmel profitt. Għalhekk sew jekk il-konsumatur juża l-voucher fl-ewwel siegħa wara li jkun xtrah jew ma jużah qatt, min joħroġ il-voucher ma jkunx qed jitlef I-flus.

    Min ikun ħareġ il-voucher dejjem l-istess ammont ta’ flus ser joħroġ, sew jekk jitilgħu jew jinżlu l-prezzijiet. Jekk il-prezzijiet jitilgħu, il-konsumaturi jixtru anqas u jekk il-prezzijiet jinżlu ser jixtru aktar. Biss min joħroġ il-voucher mhu ser joħroġ xejn aktar.

    Anzi, aktar ma l-konsumatur idum biex juża l-voucher, min joħroġ il-voucher aktar jaqbillu għaliex ikun jista’ jdum aktar juża dawn il-flus mingħajr ma jħallas għalihom. Min joħroġ il-voucher ikun qed jaħdem bi flus il-konsumaturi mingħajr ma jħallas interessi.

    Jiġri x’jiġri, min joħroġ il-voucher ikun diġà tħallas għax-xogħol tiegħu u għalhekk għandu moħħu mistrieħ. Hu l-konsumatur li jista’ jitlef għaliex jekk jiġri xi ħaġa lil min ħareġ il-voucher, hu l-konsumatur li jkun qed jitlef.

    Hu għalhekk inġust li jkun hemm time window fuq il-vouchers. Għalija dan mhu xejn għajr sfruttament u prattiċi żleali – prattiċi li jmorru kontra l-liġi u għalhekk għandhom jitwaqqfu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mej 29, 2015

    Eżaqtt. Hekk ġralna aħna. Xi ħadd ta' rigal bħal dan lill-mara u kien ta' xi

    Irrispondi
  •  

Facebook