Pjaċiri

  • Ott 11, 2012 08:47
  • Miktub minn

    Dwar it-tender “sospiż” għall-privatizzazzjoni tal-parkeġġi, ħaġa waħda ma ssemmietx biżżejjed. Hu tal-mistħija li tender bħal dan joħroġ lejliet elezzjoni ġenerali. Bla dubju ta’ xejn, kellu jifforma parti mill-ħidma li biha qed tinfirex xibka ta’ pjaċiri mal-pajjiż maħsuba biex tagħti palata lil gonzi-pn fil-ġirja tiegħu wara l-voti. M’hemmx skrupli jew kantunieri fil-mod kif din ix-xibka qed titħaddem.

    Kieku fostna kien hawn kultura ta’ serjetà u trasparenza, fl-aħħar xhur ta’ qabel elezzjoni ġenerali kien ikollna moratorium sħiħ fuq il-ħruġ ta’ kuntratti bħal dawk tal-parkeġġi. Minflok il-gvern tal-ġurnata għandu liċenzja sħiħa biex juża' l-power of incumbency tiegħu b’mod li qed isir dejjem aktar sistematiku u “xjentifiku” minn elezzjoni għal elezzjoni. Min għandu għajnejn biex jara u qed jużahom, jaf li gonzi-pn bħalissa jinsab għaddej bil-lanja li jinqeda bil-magna tal-gvern ħalli jqassam il-pjaċiri. Qed jagħmel dan bil-ħeġġa ddisprata ta’ wieħed qed jegħreq, li jiggrunġa ma’ kull tibna.

    Chavez

    Ir-rebħa ta’ Chavez fl-elezzjoni presidenzjali tal-Veneżwela kienet mistennija. Kien mistenni wkoll li Chavez inaqqas sew fuq il-vantaġġ li kien kiseb fl-elezzjoni ta’ qabel. Il-kontestant tiegħu Caprile wera ruħu dinamiku u għaqqad warajh il-forzi kollha tal-Oppożizzjoni, waqt li mexxa argumenti ta’ natura soċjali fl-istess linja mal-politika tal-gvern fl-aħħar snin.

    Biss l-aqwa problema għal Chavez kienet u għadha li l-moviment xellugi tiegħu qed jitlef ir-rankatura. Bħal ma dejjem jiġri wara żmien fil-poter, l-idealiżmu jibda jinħall f’kalkoli ta’ tmexxija, f’ineffiċjenzi u korruzzjoni, fil-protezzjoni ta’ alleati antiki li mhumiex ta’ stoffa jew agħar: fil-kompromessi kollha tat-tmexxija. Wieħed mill-agħar eżempji ta’ dan it-taħsir qerriedi rajnieh fil-Libja ta’ Gaddafi li fil-bidu kien nebbaħ fost il-poplu Libjan, mewġa glorjuża ta’ idealiżmu u tama.

    Rendell

    Jiddispjaċini li domt daqstant biex naqra xi ħaġa ta’ Ruth Rendell, għalkemm hi kittieba prolifika. “Some Lie and some Die” hu rumanz tad-didektivs fis-sensiela tagħha dwar l-ispettur Wexford, li skont ma qaluli mhux fost l-aħjar tagħha. Lili intrigani sew għax partijiet twal minnu huma miktuba b’ritmu ħaj li jżommok attent. In-nisġa hi dwar mara li tinstab maqtula b’mod mill-aktar brutali, waqt kunċert ta’ mużika moderna taż-żgħażagħ, f’barriera qrib fejn qed jiżamm il-kunċert. Jinstab li l-qtil seħħ xi ġranet qabel u jinstab ukoll li l-vittma kienet taf sew lill-kantant prinċipali fil-kunċert. Parti mis-sengħa ta’ Rendell tinsab fil-mod kif tibni l-inċidenti b’mod li twassalhom għal konfront tal-aħħar li jkun effettiv – anki jekk teatrali, biex ma ngħidx melodrammatiku.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Ott 15, 2012

    Il-Gvern tassew tilef il-boxxla, tilef kull decor u rispett lejh innifsu u l-verita. Donnu d-dispratt u qieghed fil-paniku. Addio il-kliem fierah kollu fuq il-maggioranza.

    Irrispondi