L-Isvizzera u l-oħrajn

  • Ott 07, 2012 16:27
  • Miktub minn

    Skont ċifri li ħarġet dil-ġimgħa r-rivista The Economist, l-Isvizzera għandha l-aktar rata baxxa ta’ inflazzjoni fl-Ewropa. Fit-tkabbir ekonomiku li qed iġġarrab, jgħadduha biss in-Norveġja, it-Turkija, ir-Russja u l-Isvezja. Mill-pajjiżi Ewropej kollha, hi l-uniku pajjiż ħlief għan-Norveġja, li qed jirreġistra bilanċ pożittiv u mhux defiċit, fil-finanzi pubbliċi tiegħu.

    Meta jiġi biex jissellef, il-gvern Svizzeru qed iħallas l-imgħax l-aktar baxx mill-pajjiżi Ewropej kollha. Fil-kummerċ barrani tiegħu, ħlief ukoll għan-Norveġja, l-Isvizzera qed tispiċċa bl-aktar bilanċ pożittiv mill-Ewropa kollha.

    Il-ftit pajjiżi Ewropej li f’ċerti oqsma jinsabu «aħjar» mill-Isvizzera, mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief għall-Isvezja li baqgħet barra miż-żona ewro.

    Fl-isfond tal-problemi ekonomiċi u finanzjarji li ħakmu lill-Unjoni Ewropea fl-aħħar snin, dan ir-rekord li qed issostni l-Isvizzera jqanqalli tifkiriet ta’ ironija pikkanti. Niftakar fiż-żmien meta kienu jżebilħu lili u lil sħabi għax konna poġġejna quddiem il-poplu Malti u Għawdxi il-viżjoni ta’ Malta bħala Svizzera fil-Mediterran. X’ma qalux! Iż-żmien tana parir.

    Nemus

    In-nemus invadew lil Malta. Għall-ewwel ħsibt li sempliċement kienu faru fl-inħawi fejn inkun jien. Imbagħad bdejt nisma’ mingħand nies oħra kif huma wkoll għamlu konoxxenza ma’ dawn l-insetti, li mhux lakemm tagħtihom dahrek. L-awtoritajiet fissrulna kif wara l-ilmijiet kbar ta’ xi ġimgħat ilu, il-popolazzjoni tan-nemus fostna splodiet. Issemma l-moskito iswed li hu l-aktar qżież. Imma jien iltqajt ma’ xi tliet varjetajiet oħra ta’ nemus, li wkoll mhumiex mill-ħelwin.

    Mod effettiv biex teħles minnhom hu billi timla’ l-kmamar fejn jinġemgħu, bil-fwar tal-insettiċidi. B’xorti ħażina, dan għandu l-effett li fl-istess ħin, jistordi lil kull min ikun fil-qrib, mhux in-nemus biss.

    Bond – Beatles

    Fl-aħħar jiem skont il-midja Brittaniċi, ġie ċelebrat il-50 anniversarju ta’ żewġ avvenimenti ta’ importanza kbira: il-wasla tal-grupp Beatles fix-xena mondjali tal-pop; u l-ħruġ tal-ewwel film ta’ James Bond, Dr No. Inkredibbli li diġà għadda nofs seklu minn meta telqu dawn il-proġetti tal-kultura popolari Ingliża – daqskemm hu inkredibbli li baqgħu magħrufa sal-lum. Il-kultura popolari saret dominata minn ċaqliq kummerċjali massiċċ ta’ interess u popolarità, li madankollu jgħib sa ftit ġimgħat jew ġranet jekk mhux sigħat wara. Il-Beatles u Bond għadhom iservu ta’ referenza liema bħalha għal miljuni, waqt li sostnew il-kummerċjalità tagħhom.

    Wieħed ikollu jidħol f’riflessjonijiet «soċjoloġiċi» bħal dawn biex ma jaqax f’bir ta’ nostalġija għaż-żmien meta d-diski tal-Beatles jew Sean Connery fil-parti ta’ Bond kienu għadhom esperjenza ġdida u eċitanti taż-żgħurija.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook