Patt Fiskali

  • Ott 03, 2012 16:25
  • Miktub minn

    Id-diskussjoni ta’ din il-ġimgħa fil-Parlament dwar il-patt fiskali li Malta daħlet fih bħala membru taż-żona ewro mhu se jqanqal l-ebda interess quddiem il-melodramm ta’ gonzi-pn jitbaskat fid-dwejjaq tad-deputati «ribelli» tiegħu. Imma l-patt se jkun fattur importanti fit-tmexxija tal-pajjiż għal li ġej. Se jġibna naqblu ma’ linji ta’ kif inħaddmu l-finanzi pubbliċi li se jkunu l-istess – jew suppost – fiż-żona tal-ewro kollha.

    Suppost? Iva, għax kif turi l-istorja tal-aħħar snin, meta jkun pajjiż żgħir li jaħbat jikser ir-regoli ta’ kif tmexxi l-finanzi pubbliċi, allura kollox irid isir bir-riga, u issa r-riga kif imfassla mill-patt, se tkun qawwija sew. Meta pajjiż ikun kbir, ftit tista’ timponi sanzjonijiet fuqu. Ir-regoli jiġġebbdu.

    Il-patt fiskali jista’ jkollu effett qawwi u tat-tul fuq kif gvernijiet Maltin tal-futur jistgħu jissettjaw l-aġenda finanzjarja tagħhom. Problema hi li r-regoli li qed naċċettaw forsi jgħoddu għal pajjiżi kbar; ma tantx jgħoddu għalina. Imma se jkollna naċċettawhom, la l-gvern daħħalna fl-ewro.

    Ġudikatura

    Il-membri tal-ġudikatura għandhom jieħdu żieda fil-pagi tagħhom fi żmien meta l-futur ekonomiku tal-pajjiż għadu mċajpar?

    Iż-żieda proposta ntrabtet, jekk fhimt tajjeb, ma’ bidla fl-operat tal-qrati u tal-ġudikanti. Ġeneralment meta sseħħ bidla bħal din fil-mod kif isir ix-xogħol f’fabbrika ngħidu aħna, il-ħaddiema jistennew li jkun hemm ċaqliq fil-pagi sakemm kulħadd ikun konvint li se jseħħ titjib fil-produttività. Il-problema hi li xejn mhuma ċari r-raġunijiet għaliex it-tmexxija tal-qrati hi, u tidher daqstant li hi, ineffettiva u mimlija dewmien. Fin-nuqqas ta’ studju serju dwar din il-ħaġa kull bidla proposta tibqa’ fid-dell tas-suspett li qed issir biex taġevola lil dan jew dak l-interess vestit.

    Anki fil-qasam tal-ġudikatura, baqagħlna ħafna x’nitgħallmu dwar kif titwettaq it-trasparenza.

    Provi

    M’hemm xejn aktar frustranti mix-xogħol li tikkoreġi l-provi ta’ ktieb. Tkun mingħalik miexi fit-triq it-tajba, u f’daqqa waħda tintebaħ li l-istess kelma qed tidher minn paġna għal oħra f’żewġ verżjonijiet ortografiċi. Imbagħad tintebaħ li hemm bżonn iddaħħal konsistenza fil-mod kif u meta ċerti kliem jidhru b’kapitali – buddist bil-B kapitali jew le? u jekk Buddist b’kapitali, għaliex insara le? Hu aktar diffiċli toħroġ mill-masġar ta’ kuntradizzjonijiet li ssib ruħek fih minħabba l-pletora ta’ bidliet, uffiċjali jew le, li baqgħu deħlin fil-Malti miktub fl-aħħar snin, b’varjanti li huma wkoll uffiċjali. Ġarrabt dan l-inkwiet fl-aħħar jiem jien u nikkoreġi l-aħħar provi ta’ ktieb ta’ essays li għandu joħroġ dalwaqt. Nibqa’ nitlob sal-aħħar li ma qabżulix wisq żbalji!

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook