TAD-DEHEB

  • Fra 11, 2015 13:26
  • Miktub minn

    Ir-riżultati ekonomiċi tajbin li qed jinkisbu f’Malta jipprovdu opportunità tad-deheb biex jitwettqu ċerti riformi fundamentali f’oqsma ewlenin tal-komunità Maltija. Waqt li jkunu qed isiru, minħabba li l-ekonomija mhix taqa’ lura, anzi bil-maqlub, il-bidliet joħolqu ansjetà ħafna iċken minn fi żminijiet diffiċli.

    Xorta waħda ma tantx jaqbel li ħidma bħal din titmexxa fuq front wiesa’ żżejjed. L-aħjar ikun li jintgħażlu ftit oqsma kruċjali u l-isforzi jikkonċentraw fuqhom.

    Hi ħaġa ċara li l-qasam tal-enerġija ntgħażel mill-gvern, bir-raġun, biex jgħaddi mill-proċess ta’ riforma. L-Air Malta l-istess, imma hawn ilha għaddejja ħidma biex il-kumpanija titpoġġa fuq saqajha.

    X’oqsma oħra jistgħu jibbenefikaw minn riformi? L-għażla tiegħi? L-amministrazzjoni pubblika. Il-forzi tas-sigurtà. Is-settur tal-industrija.

    ***

    U issa…

    Il-Parlament Federali Awstraljan reġa’ kkonferma li hu wieħed mill-aktar imqallba li jeżistu. Xi sena u nofs ilu, il-Partit Liberali rebaħ il-gvern. Inqalgħu problem elettorali għal-liberali fi stati differenti tal-Awstralja. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika wera li l-Prim Ministru Tony Abbott tilef bil-kbir mill-popolarità. Qamet malajr mewġa fi ħdan il-grupp parlamentari liberali biex jibdlu l-Mexxej u l-Prim Ministru.

    M’għandi l-ebda simpatija għal Abbott. Biss, jidhruli strambi l-modi kif jispuntaw il-manuvri fis-sistema politika Awstraljana. Ftit ilu, żviluppat l-istess tip ta’ sitwazzjoni fil-każ tal-Partit Laburista Awstraljana meta kien fil-gvern: l-ewwel fir-rigward ta’ Kevin Rudd u mbagħad ta’ dik li ħaditlu postu Julia Gillard.

    Dan it-taqlib mhux qed jiġri għax l-Awstraljani huma poplu kustinjuż. Aktar naħseb li jaħti ll-qosor (tliet snin), tal-leġiżlatura Awstraljana, u l-fatt li huma d-deputati waħidhom li jiddeċiedu min imexxi l-partit tagħhom.

    ***

    Ilsna

    Diżappuntanti l-aħbar mogħtija f'artiklu li qrajt: in-numru ta' studenti li qed jistudjaw ilsna differenti qed jonqos bil-kbir. Franċiż, Ġermaniż u anki Taljan: anqas u anqas studenti qed jagħmlu l-eżamijiet f’dawn il-lingwi.

    Hi aħbar ironika wkoll: kienu webbluna li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea se ninfetħu aktar lejn l-ambjent Ewropew.

    Xejn mhi ħaġa sabiħa li daqstant żgħażagħ qed jitilfu l-esperjenza li jkunu jistgħu jikkomunikaw, ftit jew ħafna, b'lingwa u f'kultura oħra minn tagħhom.

    It-tnaqqis jista’ qed jirriżulta minn problemi fil-mod kif jiġu mgħallma l-lingwi. Madankollu, aktar nissuspetta li r-raġuni hi li l-ilsna barranin m'għadhomx jingħataw l-importanza li kellhom qabel.

    Forsi l-Ingliż imminahom minn taħt. Imma jgħidulna li anki l-ħeffa fl-użu tal-ilsien Ingliż qed tonqos.

    Sadattant dejjaqni ħafna l-punt li student wieħed biss daħal għall-eżami tal-Latin. Din hi fergħa ta' studju li jixirqilha tiġbed interess wisq wisq akbar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0