TITJIB SOSTNUT

  • Fra 08, 2015 19:02
  • Miktub minn

    Anki l-Kummissjoni Ewropea qed taqbel li l-ekonomija Maltija daħlet f’fażi ta’ tkabbir. Mingħajr ma nħallu dan il-fatt jgħammixna, tajjeb li nifhmu kif il-politika ekonomika li qed imexxi l-gvern hi raġuni ewlenija għat-titjib sostnut li jinsab magħna.

    Hu ta’ inkoraġġiment kbir li n-numru ta’ impjiegi baqa’ jiżdied u li l-indikaturi dwar il-futur juru li t-tkabbir ekonomiku mistenni jkompli għaddej tal-anqas għal sentejn oħra.

    Kollox telaq mal-bidla tal-gvern, li temmet l-inċertezza politika taħt il-gvern ta’ qabel.

    Lil hinn minn hekk, il-gvern ikkontribwixxa biex iseħħ it-titjib billi ffaċċja l-imblokk li nġema’ matul is-snin fil-qasam tal-enerġija. U marbut ma’ dan, wera impenn biex familji u impriżi jingħataw in-nifs wara li ġarrew għal żmien twil wisq piżijiet tqal iżżejjed fil-ħlasijiet għal dawl u ilma.

    ***

    Hospice

    It-tbatijiet ta’ persuna maqbuda f’marda kiefra li minnha m’hemmx ħelsien. Il-problemi u s-sogħba li jġarrbu l-qraba tagħha. Is-sejba u t-tmexxija ta’ riżorsi professjonali li jkunu jistgħu jgħinu biex problemi diffiċli bħal dawn jintlaqgħu, jekk mhux jintrebħu. Huma kollha sfidi enormi li jirrikjedu ħidma tal-akbar impenn minn dawk li jidħlu għaliha.

    L-istat għandu joħloq strutturi tiegħu biex jipprovdu ħarsien soċjali u sigurtà għaċ-ċittadini. Imma hemm limiti sa fejn tista’ tasal dil-ħidma tiegħu.

    X’aktarx li ma tistax tasal biex jingħata wens personali lil min ikun attakkat minn marda ta’ bla fejqan.

    Hu l-volontarjat li jista’... forsi... jilħaq dan il-għan. U jekk hemm għaqda f’pajjiżna li ppruvat tgħin f’dal-qasam delikat, kienet il-Moviment tal-Hospice.

    Għalhekk sibtha tassew okkażjoni kommoventi meta sħabi d-deputati Maltin fil-Parlament Ewropew u jien iltqajna ma’ mistednin oħra biex ngħaddu l-premju Ewropew għal Malta “Ċittadin” lill-Hospice.

    ***

    Houellebecq

    Ir-rumanz ta’ Michel Houllebecq “Soumission” (Sottomissjoni), kellu joħroġ fl-istess jum li fih sar il-massakru tal-istaff tal-ġurnal Charlie Hebdo f’Pariġi. Jittratta dwar x’jiġri fi Franza f’futur bikri meta f’elezzjoni presidenzjali, il-forzi tax-xellug u tal-lemin “moderat” jappoġġjaw il-partit Musulman kontra l-lemin estrem. B’hekk jitla’ president Iżlamiku.

    Ir-rakkont ma jiffokax fuq il-ġrajjiet politiċi imma jsegwi l-ħajja ta’ akkademiku fil-letteratura, speċjalista tal-kittieb JK Huysmans. Taħt il-presidenza l-ġdida jibdew deħlin valuri u sistemi Iżlamiċi ta’ tmexxija, anki fid-dinja akkademika, li bil-mod il-mod jindraw u jinfirxu. Lejn l-aħħar tar-rumanz, il-protagonista li spiċċa jgħix ħajja solitarja, jikkontempla li jikkonverti għall-Iżlam f’paralleliżmu ironiku mal-konverżjoni għall-kattoliċeżimu ta’ Huysmans.

    Houllebecq jibni ambjent u nisġa konvinċenti b’teknika daqqa sottili, daqqa xierfa. Iqanqal riflessjoni; ma narahiex marbuta bilfors ma’ xi appoġġ għall-Front Nazzjonali Franċiż, il-lemin estrem, kif fehmu xi wħud.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Fra 09, 2015

    Dan it-titjib li l-gvern qieghed jghid li hawn, qieghed jasal fil-bwiet tal-pensjonanti u tà dawk li dejjem hadmu u li llum jinsabu bil-pensjoni? Il-pensjonant qieghed jghix ahjar minn sentejn ilu? Mhux qiegh

    Irrispondi