BUROKRAZIJA

  • Fra 04, 2015 13:09
  • Miktub minn

    Il-gvern qed jagħmel tajjeb li jara kif iqatta' mill-burokrazija. Hi biċċa xogħol iebsa li niddubita kemm tista' tirnexxi fi żmien qasir.

    Min-naħa l-oħra, lanqas irridu nagħtu t-tort għal kull ma jiżgarra fit-tmexxija tal-amministrazzjoni pubblika lil dawk li jaħdmu fl-uffiċċji tagħha, meta hemm fatturi oħra li joħolqu rebus. Bħall-fatt li ta' spiss wisq, id-direttivi amministrattivi jinbidlu malajr u bla attenzjoni biex wieħed jiżgura li meta tibdel regolament, m'intix qiegħed bla ma tinduna, taffettwa kif regolament ieħor li jidher li m'għandu x'jaqsam xejn ma' li qed tbiddel, fil-fatt tkun affettwajtu sew.

    Jew bħall-ħtieġa biex tiżgura li dak li qed isir se jkun magħruf fil-ħin miċ-ċittadini jew korpi kollha interessati.

    Tort ta' nuqqasijiet hekk jinħoloq dewmien liema bħalu.

    Biss l-agħar forma ta' burokrazija, l-aktar qerrieda tal-inizjattiva, hi dik li temmen kif ix-xogħol li għandu jsir qed isir, sar u se jitlesta sempliċiment għax intbagħtet ittra jew illum, e-mail.

    L-avviżi u d-direttivi joħorġu wara xulxin mingħajr tħejjija xierqa u għax inħarġu x-xogħol sar.

    Sadattant, kollox jibqa' fejn kien.

    ***

    Mal-Parlamenti nazzjonali

    F'laqgħat li saru dil-ġimgħa fil-Parlament Ewropew, deputati mill-Parlamenti nazzjonali kellhom seduti ma' deputati Ewropej. Matulhom iddiskutejna l-mod kif qed jitwettaq l-eżami li ta' kull sena l-Kummissjoni Ewropea tagħmel tal-ekonomiji Ewropej u tal-arranġamenti li jkunu qed ilestu l-pajjiżi membri fil-baġits annwali tagħhom.

    Il-fatt hu li għalkemm il-baġit tal-gvernijiet irid jgħaddi mill-Parlament nazzjonali, l-“indħil” fih tal-Kummissjoni Ewropea jibqa’ mbiegħed għalkollox mill-ħidma parlamentari li d-deputati nazzjonali jkunu qed iwettqu. Huma ma jħossuhom xejn konċernati jew impenjati mill-proposti u l-kummenti tal-Kummissjoni.

    Hu sew li saru dawn il-laqgħat sabiex id-deputati nazzjonali jħossuhom imdaħħla aktar fil-ħidma għaddejja minn Brussell f'qasam li jaqa' fil-prerogattiva tagħhom. Imma dan l-għan mhux se jintlaħaq f’qasir żmien.

    ***

    Evażjoni ta' taxxa

    F’Malta bħal f’pajjiżi Ewropej oħra, l-evażjoni tat-taxxa hu rampanti. Għandna l-istimi tal-Ewrostat dwar l-evażjoni tal-VAT (li l-ministru tal-finanzi kkontesta),; hemm l-evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul, fejn isir kull sforz minn ħafna biex id-dħul jasal għand il-benefiċjarju b’mod li jaħrab mill-iskrutinju tal-uffiċċji tat-taxxa; u hemm l-isforzi bla waqfien biex multi u taxxi oħra jiġu injorati miċ-ċittadini u kumpaniji.

    Ir-retorika politika kontra dan qed tiżdied fl-Ewropa peress li l-awsterità qed iddejjaq firxa dejjem usa’ ta’ ċittadini. F’Malta tidwi anqas għax l-ekonomija hi f’rankatura, minkejja li n-numru ta’ ċittadini f’riskju ta’ faqar baqa’ jiżdied. Kieku l-affarijiet kienu mod ieħor, kien ikollna ħafna aktar sentiment fostna wkoll, kontra l-evażjoni tat-taxxa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0