DJU

  • Jan 28, 2015 13:11
  • Miktub minn

    Frankament narahom ftit pwerili l-argumenti dwar jekk il-gvern Malti hux iżid fid-dejn tiegħu. Kemm il-gvern u kemm l-Oppożizzjoni għandhom parti mir-raġun. Veru li l-ammont tad-dejn nazzjonali qed jiżdied, kif issostni l-Oppożizzjoni. Imma veru wkoll li l-proporzjon tad-dejn bħala persentaġġ tal-ekonomija Maltija qed jonqos b’rata eżemplari.

    Dan għax l-ekonomija qed tikber b’rata reali li hi impressjonanti.

    Issa qed jidher dejjem aħjar kif l-isforz politiku tal-gvern Nazzjonalista mmexxi minn Dr Gonzi ħalli jibqa’ f’postu akkost ta’ kollox sas-sena 2013, kien fattur importanti fl-istaġnar tal-ekonomija tagħna. Malli nbidel il-gvern, l-ekonomija telqet.

    Imma mhux dan li nara bħala l-aktar importanti.

    Il-mistoqsija trid tkun: In-nefqa tal-gvern fejn sejra? Qed tħeġġeġ aktar investiment pubbliku u privat? Jekk iva, f’liema setturi? Jekk iva, kif qed titwettaq?

    F’Malta, bħal fil-bqija tal-Ewropa, il-ħtieġa li jitkattar l-investiment tibqa’ akuta. Imma jrid ikun investiment għaqli, f’setturi kruċjali. Ma jridx ikun spekulazzjoni. Irid jitħaddem b’mod serju, mhux bħal fil-borma mħawda tal-Mater Dei. Dik għadha sal-lum għajn tal-akbar inkwiet u ħala minħabba l-mod stess kif twettaq l-investiment li xorob miljuni fuq miljuni ta’ investiment publiku Malti.

    ***

    Terroriżmu fil-Libja

    Ħaġa ċara li l-qagħda fil-Libja hi serja u se tisserja aktar. Wieħed ma jridx jinħakem mill-paniku. Min-naħa l-oħra lanqas irridu nippożaw ta’ nies li għandna xi influwenza sostantiva fuq dak li qed jiġri. M’għandniex.

    Il-gvern qiegħed iġib ruħu b’mod kawt u attent; dwar hekk jistħoqqlu kull appoġġ.

    L-attakk terroristiku fuq il-lukanda “flagship” tal-Corinthia fi Tripli ma jissorprendix.

    Il-Libja hu pajjiż ġar li miegħu dejjem kellna rabtiet preferenzjali. Ċerti Maltin ma kinux jagħrfu kif jgħożżuhom.

    Il-Libja tinsab maqbuda f’tensjonijiet li mhux se jinħallu malajr.

    Tajjeb li bla illużjonjiet, nibqgħu disposti biex nagħtu l-appoġġ tagħna lil min hu ta’ rieda tajba ħalli l-Libja terġa’ tiġi fuq saqajha. Biex dal-proċess jirnexxi, kulħadd irid jaċċetta r-responsabbiltajiet tiegħu għal dak li ġara u qed jiġri.

    ***

    Awxvitz

    L-anniversarju li ġie ċelebrat dil-ġimgħa tal-“liberazzjoni” tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Awxvitz qajjem riflessjonijiet kommoventi. F’din l-Ewropa li llum tidhrilna kontinent fejn tista’ tgħix ħajja sabiħa u trankwilla, twettqu ftit tas-snin ilu atroċitajiet li ma jitwemmnux.

    Il-poplu Lhudi u dawk kollha ta’ rieda tajba li jobogħdu r-razziżmu ta’ kull xeħta għandhom raġun jisħqu fuq il-ħtieġa li l-ħniżrijiet ta’ Awxvitz jibqgħu jitfakkru bil-kbir. B’sens ta’ kundanna u twissija.

    Jien, li nemmen mija fil-mija fil-kawża tal-Palestina, naqbel bla riżerva ma’ din it-tifkira. Nara li xorta waħda dal-qbil jippermettili nikkundanna l-mod kif Iżrael jittratta 'l-Palestinjani.ħ

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Jan 31, 2015

    Dr. Sant il lhud li sofrew dawk l-atrocetajiet illum qeghdin jimponuwhom fuq haddiehor.Mhux b,mod daqshekk vili izda hemm qeghdin. Jien hawn ingib quddiem ghajnejja x'jista jigri f,Malta taghna fiz

    Irrispondi