BIL-BILJUNI

  • Jan 26, 2015 08:04
  • Miktub minn

    Il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex kull xahar minn Marzu li ġej, jonfoq mas-sittin biljun ewro fix-xiri ta’ ċedoli ta’ self li jkunu ħarġu l-gvernijiet Ewropej timmarka pass ġdid u importanti fir-rwol tal-istess Bank. U dan anki jekk xi kritiċi qalu li l-pass twettaq tard wisq u hu ċkejken wisq. Talanqas kulħadd qabel li mingħajru, kull tama li l-ekonomija Ewropea tista’ tirranka mill-istaġnar li baqgħet fih tibqa’ duħħan.

    Politikament, id-deċiżjoni mmarkat ukoll l-iżolament tal-Ġermanja. Ilha tikkontesta l-proposta: bħala gvern, imma anki l-mexxejja tal-impriżi u l-ġurnali. Xahar ilu, il-magazin influwenti Der Spiegel ippublika editorjal feroċi kontra l-President tal-BĊE Mario Draghi għax kien riesaq lejn deċiżjoni. Għall-Ġermaniżi l-pjan tal-Bank qed jissogra li jwaddab il-petrol fuq ħuġġieġa inflazzjonista. Ħalliha li bħalissa, l-istaġnar Ewropew qed joħloq diżinflazzjoni – tnaqqis fil-livell tal-prezzijiet – li hu perikoluż daqs l-għoli fil-prezzijiet.

    Suppost li b’din id-deċizjoni, l-massa ta’ flus fl-ekonomiji Ewropej tibda tikber, se tinfirex aktar, se tħeġġeġ aktar konsum u investiment. Naraw.

    FNIEK

    L-istqarrija tal-Papa Franġisku dwar li ġenituri responsabbli ma jġibux l-ulied fid-dinja kif jagħmlu l-fniek fakkritni fil-kontroversja dwar l-istess suġġett li qanqal f’Malta d-deputat Laburista Ingliż Aneurin Bevan meta tkaża li l-Maltin jaġixxu qishom fniek.

    L-istess tifkira semmiha l-ħabib tiegħi Joe Micallef Stafrace. Kif nafha jien ġrat fis-snin ħamsin, meta kienet qed titħejja r-round table dwar l-integration mar-Renju Unit. Il-Knisja Kattolika f’Malta, immexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, kienet kontra l-proposta tal-integrazzjoni għax beżgħet li jidħlulha l-“Protestanti” fil-għalqa. Ir-rimarka ta’ Bevan ħassitha bħala insult kbir li saħħaħ l-oppożizzjoni tagħha.

    Bevan kien mitqies xellugi, “estrem” u żbozz. Kemm dam Malta kellu inċidenti pikkanti. Irrakkontahomli Lino Cassar Uħud minnhom daħħalthom fi ktieb dwar l-irvelli tas-sena 1958 “Il-Ħobż u l-Ħelsien”.

    Min kellu jgħid li dak li offenda lill-Arċisiqof Gonzi se jiġi ripetut minn Papa…

    MALTI-INGLIŻ

    Joe Friggieri, ħabib ieħor, kiteb artiklu interessanti f’“The Times” dwar il-kliem Ingliż jew ta’ oriġini Ingliża fil-Malti tal-lum. Ta’ min jaqrah. Fuq żewġ punti ma qbiltx miegħu.

    Firex wisq il-lista ta’ kliem Ingliżi li nistgħu nużaw bla wisq problema fil-Malti. Sirna naqtgħu qalbna wisq mill-użu ta’ idjomi “qodma” Maltin. Ma jiġrix hekk f’ilsna oħra.

    It-tieni punt marbut mal-ewwel wieħed: teżisti interazzjoni bejn kitba u diskors: mhijiex f’direzzjoni waħda, bid-diskors ta’ kuljum jaffettwa l-kitba imma mhux viċi versa. Diskors miktub b’reqqa “qadima” jekk ikun mistqarr u miżmum konsistentment, fuq kollox mill-mezzi tax-xandir, jasal mhux ma jasalx biex jaffettwa d-diskors popolari.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Jan 27, 2015

    dR sANT, NIFTAKARHA QISHA ILLUM DIK IR-RIMARKA TA 'NYE' BEVAN WAQT ID-DISKUSSJONIJIET TAL-INDIPENDENZA. NIFTAKAR TAJJEB X'REAZZJONI KIENET QAMET M

    Irrispondi