L-EWROPA ATTENTA

  • Jan 22, 2015 12:40
  • Miktub minn

    Żdied in-nervożiżmu fl-Ewropa. M’għadux iffokat biss fuq il-qagħda ekonomika li ilha tqanqal tħassib. Hu nervożiżmu issa wkoll li qed iqum dwar is-sigurtà. Kien hemm l-attakki f’Pariġi. Imbagħad l-inċidenti fil-Belġju, l-aktar Verviers; imma anki Brussell inqabdet fit-tensjoni.

    Tista’ tħossha minn kif jitkellmu dawk li jsuquk minn post għal post, minn kif iġibu ruħhom l-uffiċjali li jmexxu s-sigurtà. Sa ġimgħa ilu, tal-aħħar kienu jkunu ftit jew wisq distratti. Illum tarahom attenti sew.

    Kull meta ġara dan l-iżvilupp, nagħmlu ftit ġimgħat ta’ kontrolli ftit jew wisq stretti, imbagħad bil-mod il-mod jillaxkawhom. Se jiġri l-istess din id-darba?

    Forsi.

    Problema tal-Ewropa hi li drat tgħix b’mod miftuħ, biex ma ngħidlux ixxamplat. Hu dan li taha l-attrazzjoni – jien insejjaħlu, is-“soft power” – tagħha. Diffiċli tipprevedi kemm stil ta’ għajxien bħal dan jista’ jiġi sostnut fiċ-ċirkostanzi tal-lum. Dnub.

    KONĊENTRAMENT

    Qed inqajjem il-mistoqsija kmieni wisq? Aħjar kmieni minn tard.

    Kemm jaqblilna, bħala pajjiz, li l-assi turistiċi tagħna – speċjalment l-ażjendi l-kbar ta’ lukandi, appartamenti ta’ lussu, ristoranti – jispiċċaw ikkontrollati minn ftit sidien?

    Jekk jiġri hekk konsegwenza tista’ tkun li l-varjetà ta’ strateġiji segwiti mill-imprendituri turistiċi tagħna tiċkien għal raġunijiet ovvji.

    Mentri meta jkun hemm varjetà wiesgħa ta’ negozji bil-metodi partikolari tagħhom kif iġibu turisti lejn Malta, il-pajjiż ikun jista’ jieħu vantaġġ minn possibilitajiet differenti fi swieq differenti.

    PENSJONI

    Qed ngħixu għal żmien ħafna itwal milli konna nagħmlu tletin sena ilu. Il-piżijiet finanzjarji tal-pensjonijiet qed jikbru u se jkomplu jikbru. Biss, il-livelli tal-pensjonjiet qegħdin aktar ma jgħaddu s-snin, aktar jinħassu bħala baxxi wisq.

    Il-kwistjoni tal-pensjonijiet ilha fuq il-mejda. Għadna ma ffaċċajnihiex sal-aħħar. Politikament tqajjem wisq problemi.

    Biex tagħqad, matul is-snin baqa’ jkun hemm insistenza minn uħud li s-sistema tal-pensjonijiet trid tkun bilfors “self financing”: minn dak li jidħol f’kontribuzzjonijiet soċjali, irid ikun hemm biżżejjed biex jitħallsu l-pensjonijiet.

    F’soċjetà fejn hemm saffi tal-poplu li qed jaqilgħu flus tajba ħafna u oħrajn li qed jgħixu bil-prekarjat, ma naħsibx li din għadha (jekk qatt kienet), premessa valida. Ma narax għaliex f’isem il-ġustizzja soċjali, parti mill-piz tal-pensjonijiet m’għandhiex toħroġ mit-taxxi fuq dawk bi qliegħ qawwi.

    Qed jagħmel l-istess argument (għalkemm għal skopijiet oħra), il-President Obama fl-Istati Uniti. Anki hemm – jew fuq kollox hemm – proposti ta’ dat-tip iqajmu z-zunzan. Osservaturi ċiniċi qed isostnu li hu għax issa resaq lejn tmiem il-ħidma politika tiegħu u ma jistax jerġa’ joħroġ għall-elezzjoni, li Obama telaq għal għonq din it-triq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Jan 24, 2015

    Tibqgħux twerwru dwar il-pensjonijiet. Naqqsu s-salarji fenominali li għandhom il-kbarat u l-perkaċċi tagħhom, għamlu l-pensjoni żewġ terzi tal-paga/salarju kurrenti għal kulħadd għad li tgħidu li kulħadd għandu ż

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 24, 2015

    Dr Sant, l-Unjoni Ewropea ġabitna bieb miftuh għal kulħadd u jiġi min jiġi merħba bih. Is-sigurtà tagħna taret mar-riħ bl-eluf ta' barranin li qed jiġu u jitħallew joqgħodu Malta minħabba l-freedom of movement tal-Unjoni Ewropea ming

    Irrispondi