Fil-Paralment

  • Set 30, 2012 17:50
  • Miktub minn

    Jiġri x’jiġri tul is-sessjoni tal-Parlament li tiftaħ illum, din il-leġiżlatura se tibqa’ mmarkata bħala l-aktar waħda fqira mill-Indipendenza lil hawn – anki mqabbla mal-leġiżlatura tas-snin 1982 – 1987. Kienet dominata minn manuvrar ta’ gvern li baqa’ jgħix gidba, b’gidba u f’gidba. Minn hekk żbroffawlu problemi mad-deputati stess tiegħu u fil-politika li pprova jwettaq. Biex tagħqad, deċiżjonijiet bħaż-żieda astronomika ta’ paga li ħadu l-ministri bil-moħbi komplew iċajpru l-klima politika. Il-Parlament spiċċa jperper skont il-kalkoli meskini ta’ gvern li bla dinjità ta’ xejn, kellu għan wieħed: li jibqa’ fis-setgħa akkost ta’ kollox. Anke jekk jirnexxielu jtawwal din is-sessjoni sal-aħħar qabel isejjaħ elezzjoni, bil-mod kif personalment ċeda kull dinjità politika, il-Prim Ministru Gonzi se jkun immina bil-kbir l-integrità istituzzjonali tal-Parlament.

    Bil-qerq

    Il-kontroversja dwar il-paga minima reġgħet ikkonfermat kif il-gidba baqgħet għodda essenzjali f’ħidmet gonzi-pn. Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat stqarr li żidiet ta’ kull sena fil-paga minima biex jikkompensaw għall-għoli tal-ħajja jridu jibqgħu jingħataw, imma mhux se jkun possibbli għalissa li l-paga minima togħla b’aktar minn hekk. Minflok, gvern Laburista ġdid jara kif iwieżen aktar lil min jinsab minn taħt, billi fost għajnuniet oħra, jipprovdi tnaqqis fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.

    Ta’ gonzi-pn ipproklamaw li din kienet dikjarazzjoni ta’ friża tal-paga minima, bil-ħsieb diżonest li xi wħud jibilgħu l-gidba. Hi l-istess tattika bħal meta Fenech Adami stqarr li jien kont żammejt lil ibnu milli jidħol fl-Università; jew meta gonzi-pn qal li r-riforma li ridna fl-edukazzjoni primarja kienet ta’ «repeater class»; jew meta qalu li d-deputat Pullicino Orlando kien vittma u martri fl-iskandlu tal-Mistra; jew meta gidbu li Justyne Caruana kienet ivvotat man-Nazzjonalisti fil-Parlament. Tal-PN għadhom jemmnu li l-qerq irendi.

    Karretta

    Chretien de Troyes kiteb "Il-Kavalier tal-Karretta" fit-tieni nofs tas-seklu 12 u ta bidu għal sensiela ta’ rumanzi dwar il-kavalieri tal-Mejda t-Tonda, fosthom "Lancelot", ta’ tul enormi, li bdejt naqra ftit ilu. Deherli li jkun sew nara ftit il-verżjoni ta’ Troyes qabel inkompli bil-"Lancelot".

    Hu l-istess Lancelot il-kavalier tal-karretta – rikeb fuqha biex jilħaq malajr lil dawk li ħatfu lis-sultana Guenievre. Fil-Medju Evu, kien diżunur kbir għal kavalier li jitla’ fuq karretta. Minkejja dan, matul ir-rumanz Lancelot jirnexxilu jegħleb kull ingann u għadu biex isalva lir-reġina li tispiċċa l-maħbuba sigrietà tiegħu. Hemm ħafna materjal ta’ interess f’dawn il-kitbiet tal-Medju Evu li jew insejnihom, jew ftit nistmawhom.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook