KOALIZZJONI

  • Jan 12, 2015 08:17
  • Miktub minn

    Fi ħdan il-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi ta’ spiss iqum l-argument dwar jekk il-mod kif isiru l-arranġamenti bejn il-partiti fil-Parlament Ewropew jammontax għal koalizzjoni. Ġeneralment, il-kwistjonijiet jinqatgħu billi kemm jista’ jkun, isir qbil fuq test li jgħaddi għall-votazzjoni. Partijiet minnu jiġu approvati b’vot ta’ konfront bejn il-partiti u “tirbaħ” il-maġġoranza.

    Fil-biċċa l-kbira tagħhom madankollu, l-klawsoli jkunu jirriflettu diċituri ta’ kompromess milħuqa bejn il-gruppi mil-lemin saċ-ċentru u x-xellug.

    Hu veru li dan ma jammontax għal koalizzjoni kif nifhmuha fil-każ ta’ tmexxija ta’ gvern. Biss ir-riżultat hu li jiġu addottati linji ta’ deċiżjoni li jidhru komuni bejn id-deputati li jivvotaw favur mozzjoni.

    Jien wieħed minn dawk li ma tantx insibni konfortabbli b’din il-proċedura. Qed tagħti l-impressjoni li m’hemmx għażla bejn lemin u xellug – ħalli ma nfakkrux iċ-ċentru.

    BDIEWA MALTIN

    In-numri li nħarġu mill-Eurostat ftit aktar minn ġimgħa ilu ma ssemmew kważi xejn. Jikkonċernaw id-dħul reali (jiġifieri meta tneħħi minnu l-effetti tal-għoli fil-prezzijiet), tal-irziezet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bejn is-snin 2006 u 2014.

    Id-dħul medju tagħhom bejn is-snin imsemmija żdied bi kważi 30 fil-mija.

    Fl-istess żmien, dejjem b’kejl ta’ prezzijiet reali, id-dħul tal-irziezet Maltin naqas bi kważi 23 fil-mija.

    Din xejn mhi aħbar sabiħa. Il-bdiewa Maltin u Għawdxin, li kienu ġew imwiegħda l-ġenna fl-art ftit aktar minn għaxar snin ilu, tassew ġew ittraduti.

    EWTANASJA

    Hi kwistjoni li qed tqajjem dilemmi morali u politiċi kbar, forsi akbar minn tat-terroriżmu: l-ewtanasja. L-istat għandu jħalli lil nies li jkunu tilfu kull tama li għad jistgħu jgħixu ħajja bla uġigħ jew ħajja li fiha xi tifsira, jiddeċiedu li jtemmu ħajjithom?

    Il-liġijiet tal-Olanda u l-Belġju jippermettu dan. Fi Franza, qed isiru proposti li jmorru fl-istess direzzjoni. Imma hawn sadattant, għaddejja kontroversja personali u legali dwar persuna li m’għandha l-ebda ċans toħroġ mill-koma li tinsab fiha biex terġa’ għal ħajja “normali”: nofs il-familja jridu li dil-persuna ma tibqax tinżamm “artifiċjalment” ħajja; in-nofs l-ieħor qed jinsisti li tibqa’ tingħata t-trattament mediku li jżommha ħajja, anke jekk tibqa’ bil-kuxjenza ta’ karrotta.

    Fil-Belġju, ħabsi kundannat għal għomru minħabba delitti sesswali mill-aktar ħorox, talab biex jiġi meħlus mill-ħajja għax jaf li qatt mhu se jkun jista’ jikkontrolla l-impulsi vjolenti li jaħkmuh. Skont il-liġi, it-talba tiegħu ġiet aċċettata, imma t-tobba iddeċidew li ma jistgħux jieħdu sehem fil-“qtil” tiegħu.

    F’soċjetà fejn il-medda tal-ħajja dejjem titwal, neħtieġu riflessjoni matura u profonda dwar dawn il-kwistjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Jan 12, 2015

    Bl-ammont kbir ta' ideat u principji fi hdan l-UE, wiehed jistenna li jinho

    Irrispondi