PRESEPJI F’GĦAWDEX

  • Diċ 30, 2014 12:38
  • Miktub minn

    Nhar il-Ġimgħa li għaddiet ma’ ħbieb zort numru ta’ presepji f’Għawdex. Kien ili ftit ma nagħmel ħarġa hekk: tammonta għal divertiment tradizzjonali ta’ zmienu, li jagħtik opportunità tifhem kemm Għawdxin (u Maltin), jiddedikaw ħin ħieles biex jiċċelebraw il-Milied.

    Spikka l-presepju ħaj ta’ Għajnsielem, Betlem. Jitmexxa b’organizzazzjoni ħabrieka kollha inizjattiva. Bir-raġun qed jiġbed lejh il-folol. Rajna linja twila ta’ karozzi, mill-moll tal-Marfa sat-trufijiet ta’ Għajnsielem jistennew li jmorru lura Malta. Fil-maġġoranza kbira tagħhom kienu żaru Betlem, f’xhieda tal-popolarità li kiseb il-proġett.

    Imma hemm presepji oħra fejn persuni ”ħajja” jrraprezentaw xeni tan-Natività, bħal fin-Nadur, li żorna. Kien ukoll simpatiku ħafna.

    Imbagħad rajna presepji u tiżjin elaborat tal-Milied li jinżammu fid-djar. Ix-Xewkija, ix-Xagħra, ir-Rabat... Ma tistax iżżur lil kulħadd, ovvja. Imma rnexxielna niltaqgħu ukoll ma’ għadd sabiħ ta’ ħbieb, mill-imgħoddi u ġodda. Insomma, kien mod mill-aktar pjaċevoli kif issir taf aktar dwar il-presepji Għawdxin.

    PROĠETTI

    Smajt aħbar tajba dwar kif il-proġetti ġodda għal Għawdex qed javvanzaw. Għawdex żgur għandu bżonn li jittellqu fih investimenti publiċi u privati. Tal-ewwel jixrpunaw lil tat-tieni, hemmhekk aktar minn f’imkejjen oħra.

    Faċli tfassal il-proġetti fuq il-karta. Hu ħafna aktar diffiċli li ssib lil min se jinteressa ruħu bis-serjetà, min se jinvesti, min se jkun lest jorganiżża u jmexxi. Trid paċenzja u żmien – aktar u aktar għax trid tgħaddi minn proċess burokratiku li ma ngħidlekx, ta’ permessi: u mhux biss dawk li jkollhom x’jaqsmu mal-ippjanar, kif jaħsbu xi wħud. Sadattant, iż-żmien jibqa’ jtir.

    Biżżejjed jitlaq proġett wieħed tajjeb għal Għawdex. L-oħrajn jaċċelleraw. B’hekk il-potenzjal tal-gżira, li ilu mwarrab u effettivament mormi (minkejja l-kliem sbieħ kollu li jingħad), jiġi f’tiegħu.

    GĦASAFAR

    Storja li smajt kienet li l-għasafar tal-bejt Għawdxin għandhom ħabta jitilqu ma’ sbieħ il-jum lejn Sqallija. Jimlew il-ħawsla hemm u jerġgħu lura Għawdex għall-irqad. Din l-istorja vera?

    Jekk hi minnha, wieħed jistenna li sakemm jiġu lura minn Sqallija, l-għasafar tal-bejt kuraġġużi Għawdxin ikunu straħu f’aktar minn sens wieħed u jmorru jistkennu għal-lejl fis-siġar bla ma jdejqu lil għajrhom.

    Mhux hekk: fettilli nipparkja Għajnsielem taħt lott siġar quddiem il-knisja tal-parroċċa, li nimmaġina kienu qed jospitaw xi bravi vjaġġaturi minn Sqallija. Sakemm ġejt lura, ksewli l-karozza b’turija tal-ħajja tajba li qed iġewżu biż-żrieragħ bnin Sqalli. Ħolqu ftit negozju żejjed għas-settur tat-tindif tal-karozzi – lura f’Malta.

    L-isbaħ xewqat għas-Sena 2015 lill-edituri, staff u qarrejja kollha ta’ i-news.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2014

    Grazzi tà dawn l-artikli spissi li jagh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2014

    awguri u xewqat sbieb lilek ukoll ghas-sena li diehla Dr. Sant.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2015

    Dr Sant it is always interesting reading your interesting, knowledgeable read in either your books or media. May I wish you good health and a Happy 2015

    Irrispondi
  •  

Riċetti

Facebook