FL-AWSTRALJA

  • Diċ 18, 2014 07:55
  • Miktub minn

    Minn meta żort l-Awstralja għall-ewwel darba għoxrin sena ilu, u mbagħad biż-żjarat li għamilt wara, bqajt inżomm għożża speċjali għal dak il-pajjiż li offra kenn lil daqstant Maltin.

    U jiddispjaċini bil-kbir meta nisma' li ntlaqat b'xi għawġ.

    Tkexkixt bil-ġrajja tal-assedju ta' Sydney f'parti tal-belt li sirt naf tajjeb mill-ħin li qattajt nimxi fit-toroq tagħha meta kien ikolli xi ftit tal-ħin ħieles fil-mawriet li għamilt.

    Jidher li t-theddida ta' terroriżmu fuq skala "żgħira" u "spontanea", bla organizzazzjoni militari komplikata biex tweżinha, se tinfirex bħala mudell. Periklu akbar tal-"mudell" hu li jista' jattira nies li mhux bilfors ikunu jridu jagħmluha tat-terroristi daqskemm jaraw il-ħidma bħala żvog għall-problemi mentali li jsofru minnhom.

    ŻVALUTAR INTERN

    Iċ-ċifri dwar impjiegi u dħul tal-ħaddiema mill-2008 lil hawn, skont il-Eurostat, ikkonfermaw konkluzjoni li kont ili li nistqarr. Kienu jgiddbuni.

    Il-gvern Nazzjonalista kien jiftaħar li bil-ħila tiegħu Malta għelbet l-effetti negattivi tar-riċessjoni, waqt li l-ekonomija baqgħet kompetittiva, b’rankatura ta’ tkabbir.

    F’dawk is-snin kien evidenti li qed iseħħ żvalutar intern f’Malta. Il-kondizzjonijiet tax-xogħol ħżienu b’mod konsistenti, il-prekarjat żdied, u ħafna mill-ħidma ekonomika ”ġdida” għaddiet għand ħaddiema part-time, li huma vulnerabbli għal tnaqqis fil-livelli ta’ pagi dovuti lilhom.

    X’inhu żvalutar intern? Il-valur tal-munita ma jiċċaqlaqx, ma tiġix żvalutata – imma l-pagi u s-servizzi soċjali effettivament jitnaqqsu. Ġrat fil-pajjiżi taż-żona ewro. Ġrat f’Malta qabel Marzu tas-sena li għaddiet. Il-verità ħarġet fl-aħħar.

    IL-BNIEDEM

    Tassew interessanti l-ktieb ta’ Joseph Reichholf ”Il-Wasla tal-Bniedem”. Fih jipprova jilħaq sinteżi ta’ kif l-organiżmu li nsejħu bniedem żviluppa matul il-mijiet tal-eluf tas-snin, biex sar l-annimal li nafu bih illum. Reichholf idaħħal fl-argument tiegħu l-fatti u l-interpretazzjonijiet xjentifiċi magħrufa mill-oqsma kollha li jikkontribwixxu għall-għerf tagħna dwar il-bniedem: l-arkeoloġija, l-ġeologija, iz-zooloġija, l-palentoloġija, l-epidemjoloġija u aktar. Iqis l-impatt tal-bidliet ambjentali enormi li għaddiet minnhom il-pjaneta tagħna u kif dawn affettwaw l-organiżmu uman.

    Il-bniedem żviluppa fl-Afrika, minn fejn ħarġu tliet mewġiet ta’ emigrazzjoni lejn il-bqija tad-dinja minn bnedmin jew kważi bnedmin. L-ewwel żewġ mewġiet tal-”bniedem” spiċċaw estinti wara mijiet ta’ eluf tas-snin. Il-mewġa tal-Homo sapiens sapiens (li hu l-isem tagħna), mhux talli ma spiċċatx estinta, talli ħadet kontroll sħiħ fuq il-pjaneta.

    Reichholf iwissi li l-futur tagħna jibqa’ marbut bħal ta’ speċji u organiżmi oħra ma’ kemm jirnexxielna nżommu bilanċi meħtieġa biex l-ambjent li ninsabu fih jibqa’ wieħed li jgħodd għalina. Ktieb affaxxinanti. Mhux possibbli fi ftit kliem, tagħti stampa xierqa tal-firxa kbira ta’ ideat interessanti li jippreżenta.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 20, 2014

    Nixtieq nghati prosit lil i Newsmalta.com. prosit lil Dr.A.Sant il mod kif jikteb semplici u car. Nazzareno

    Irrispondi