IL-KUNTRATT ĊINIŻ

  • Diċ 15, 2014 09:23
  • Miktub minn

    L-aħbar li ġie ffirmat il-kuntratt biex interessi Ċinizi minn Xangaj jidħlu sħab fl-Enemalta hi eċċellenti. Bil-mażżra ta’ telf u djun li ġejjin minn snin twal, wirt tal-ineffiċjenza fit-tmexxija tal-gvernijiet tal-PN, ma kienx hemm fejqan ieħor għall-Enemalta ħlief li tingħata injezzjoni ta’ kapital ġdid. Dan ried isir b’għanijiet preċiżi u f’ammonti kbar. Kien pass li l-finanzi publiċi f’Malta waħidhom ma kinux jifilħu.

    Li daħlu interessi Ċiniżi jagħmel sens kbir. Biex dan jitwettaq bix-xieraq, bil-fors li n-negozjati kellhom jieħdu ż-żmien tagħhom. Sal-lum, Malta dejjem sabet liċ-Ċina bħala sieħeb attent u korrett f’kif jimpenja ruħu u jonora l-impenji.

    Għaddejja kompetizzjoni intensiva bejn pajjiżi Ewropej biex jiġbdu lejhom investiment Ċiniż. Żvilupp f’das-sens dan l-aħħar kienet proposta Ċiniża biex jinvestu fl-ajruport ta’ Toulouse fi Franza. Intlaqgħet b’interess kbir mill-awtoritajiet tal-post.

    REPUBBLIKA

    Ma kontx Malta meta ġiet dikjarata r-republika. Fl-ambaxxata ta’ Bruxelles fejn kont naħdem, l-aħbarijiet kienu jaslu per mezz tat-telefown – kien jgħaddik minn Ruma biex taqbad ma’ Malta; b’xi fax mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; u mill-gazzetti li kienu jaslu talanqas ħamest ijiem tard.

    Niftakar madankollu kif il-bidla lejn republika nħasset bħala waħda naturali, kalma. Bidlet in-natura tal-istat, mhux daqstant il-mod kif jitmexxew l-affarijiet. Il-President tar-Repubblika – maħtur mill-Parlament b’vot ta’ maġġoranza sempliċi – kellu jassumi funzjonijiet ta’ rappreżentanza statali, nieqsa kważi għal kollox minn kull poter eżekuttiv. Il-ħatra bħala l-ewwel President ta’ Sir Anthony Mamo serviet biex tikkonferma din il-perspettiva.

    Wara, baqgħu jsiru proposti biex il-Presidenza ssir eżekuttiva. Personalment qatt ma sibthom konvinċenti. Bidla hekk tista’ tiġi ġustifikata fi żmien ta’ kriżi kbira, bħal ma nqalgħet fi Franza qabel ir-ritorn tal-Ġeneral de Gaulle. Qatt ma kellna niffaċċjaw ċirkostanzi simili sal-lum.

    EL SENUSSI

    L-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta organizza laqgħa interessanti mal-politiku Libjan Ahmed el Zuber El Senussi li kien ingħata l-premju Sakharov mill-Parlament. Qatta’ mal-wieħed u tletin sena fil-ħabs wara li nstab ”ħati” mill-gvern ta’ Gaddafi li kkomplotta biex iwaqqa’ r-reġim.

    El Senussi jiffavorixxi sistema federali għal-Libja fil-fasla tal-kostituzzjoni tal-1951 li ġiet sospiża mir-Re Idris fl-ewwel nofs tas-snin sittin tas-seklu l-ieħor. Jaqbel ma’ stat sekulari u demokratiku fejn il-partiti Iżlamiċi jkollhom rwol ugwali ma’ partiti oħra.

    Il-viżjoni tiegħu tidhirli l-aħjar waħda għal-Libja. Biss b’xorti ħażina, mhix ħaġa ċara li El Senussi u dawk li huma tal-istess fehma għandhom saħħa politika biżżejjed fil-pajjiż; wisq anqas li għandhom saħħa militari, meħtieġa biex jitrażżnu l-eċċessi ta’ vjolenza li qed javvelenaw il-ħajja tal-poplu Libjan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0