Kritika

  • Diċ 12, 2014 10:43
  • Miktub minn

    F’pajjiż fejn id-dualiżmu jirrenja f’kollox, trabbejt li aħjar timla’ ħalqek bl-ilma milli tonxor il-ħwejjeġ maħmuġin barra. U għalija kien hemm żewġ veritajiet kbar. L-istess bħall-inkwatri li kien hemm fil-kamra li kienet isservina għal kollox. Għax kellna kamra waħda biss u fuq naħa kellha inkwatru tal-Madonna tal-Grazzja u fuq in-naħa l-oħra inkwatru ta’ Mintoff.

    Minkejja l-ġlieda politico-reliġjuża, għalina ma kien hemm l-ebda diffikultà biex nagħmlu differenza bejn stat u reliġjon. Konna Kattoliċi Mintuffjani b’konvinzjoni. Wara kollox għalina kien Mintoff li tellagħna skaluna mill-miżerja li konna ngħixu fiha. Kien Mintoff li introduċa l-pensjonijiet u l-iskola b’xejn għal kulħadd.

    Mintoff u l-Partit Laburista kienu ħaġa wahda. Mhux bħal Gonzi u l-Knisja Kattolika. Dik ħaġa oħra. Il-Knisja għalina kienet ta’ Kristu mhux ta’ Gonzi. Allura stajna noqrdu moħħna mistrieħ u d-dnub mejjet ma tantx kien jinkwetana.

    Però kien dnub sagrileġġ li b’xi mod tikkritika lil Mintoff jew lill-Knisja ta’ Kristu li kienet teżisti kullimkien u tmur lil hinn mit-tmexxija tal-Arċisqof Gonzi.

    IL-ĦOROX

    Tgħiduli biex ġej. Wara s-saga tal-ispartura mix-xufier tal-Ministru Mallia, saga li naħseb li se tkompli tiġġebbed u tiġġebbed, id-Deputat Laburista Marlene Farrugia qaltilna li l-Laburisti ħorox u estremisti qed jattakkaw lil dawk kollha li jikkritikaw lill-gvern u jgħajjruhom nazzjonalisti.

    Ovvjament Marlene għandha kull dritt tgħid li trid. L-istess kif għandhom kull dritt il-Laburisti ħorox joħorġu dak li għandhom fuq l-istonku. Anke jekk jien l-ewwel wieħed ma naqbilx magħhom. U mhux jien biss.

    Imma mbaghad lanqas naqbel ma’ Marlene li donnha trid li l-Partit Laburista jlaqqa’ konferenza ġenerali straordinarja biex isikket lill-ħorox.

    DISTINZJONI

    Naħseb kemm Marlene kif ukoll il-Laburisti l-ħorox qed jagħmlu żball fundamentali. Jekk mhux tnejn. Kwalunkwe partit, jekk ma jridx jibqa’ għal dejjem fl-Oppożizzjoni jew jispiċċa pressure group jgħajjat fid-deżert, bilfors irid jagħmel ħafna alleanza u kompromessi.

    Għalkemm, ma nafx jekk hux fortunatament jew sfortunatament, Malta dejjem għandna ż-żewġ partiti kbar li kapaċi jmexxu l-Gvern weħidhom mingħajr il-bżonn ta’ koalizzjonijiet, dan ma jfissirx li l-kompromessi ma jkunux saru qabel l-elezzjoni. Rajna mhux biss lill-Partit Laburista jiftaħar li hu pro-business imma smajna wkoll esponenti ewlenin tal-PN jgħidu li huma partit ċentru-xellugi.

    L-akbar żball imma naħseb li hu li ma ssirx distinzjoni bejn gvern u partit. Safejn naf jien hemm distinzjoni bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet. U l-partit irid ikun il-kelb tal-għassa. Dejjem emmint li huwa d-dover tal-partit li jirbaħ l-elezzjoni jara li l-Gvern ma jħallix il-poter jitlagħlu għal rasu.

    ISTITUZZJONIJIET

    Nara mbagħad problema oħra. Li nammetti li m’għandix soluzzjoni għaliha. Imma tajjeb li nibdew nitkellmu dwarha. Qed ngħid għas-sitwazzjoni fejn ċerti istituzzjonijiet u korporazzjonijiet isiru stat fi stat.

    Jien ma naħsibx, per eżempju, li l-problemi fil-korp tal-pulizija joħorġu primarjament mill-fatt li hemm pulizija ta’ kulur u oħrajn ta’ ieħor. Lanqas mill-fatt, kif ippruvaw jagħtuna l-impressjoni, li l-problema hija li ma sarx investiment biżżejjed fis-snin li għaddew.

    Kif naraha jien id-diffikultà hija li biż-żmien ċerti istituzzjonijiet isiru kreaturi awtonimi u naqra naqra nibdew naraw li qegħdin hemm primarjament biex jipperpetwaw l-istituzzjoni. Ħażin jekk l-istituzzjoni issir għan fiha nnifisha u tinsa r-raġuni vera għala inħolqot.

    X’taħseb?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Diċ 12, 2014

    Jien nahseb li l-principju tad-duwalizmu li jori

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 12, 2014

    id-distinzjoni bejn partit u gvern hija frottta' hafna fatturi. M'ghandi l-ebda ambizzjoni li nsemmihom ko

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 12, 2014

    Nahseb li l-politika partiggjana u t-ten

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 12, 2014

    Naħseb kemm Marlene kif ukoll il-Laburisti l-ħorox qed jagħmlu żball fundamentali. Jekk mhux tnejn. K

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 12, 2014

    Aktar ma jghaddi iz-zmien aktar nghid kif jien-benestant u Laburist -ghax ma irridtx ninsa l-gheruq li trabbejt fihom- g

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2014

    Marlene Farrugia qabel l elezzjoni bdiet tfahhar lis sigra tal gheneb kemm hi sabiha, kemm taghmel frott sabih ecc. Issa wara l elezzjoni ghaliex hadetc dak li ridet u xtaqet, qed tmaqdar is sigra u tghid li l gheneb qares. KUN KOSTRUTTIVA MARLENE!

    Irrispondi