TAQLIB

  • Diċ 10, 2014 10:43
  • Miktub minn

    Fil-politika hemm ħaġa waħda żgura: li xejn mhu żgur; jew aħjar, xejn mhu żgur għat-tul. Mhux ta' b'xejn li politikant Ingliż mustaċċun, Harold Macmillan kien irrimarka li l-fattur determinanti hu "events, my boy, events" -- jiġifieri, l-ġrajjiet li jinqalgħu. U politikant ieħor, j'Alla hekk mhux Harold ieħor -- Wilson -- kien stqarr li ġimgħa għandu jitqies żmien twil fil-politika.

    Bħal kull gvern ieħor, il-gvern Laburista għadda minn ftit tat-taqlib fl-aħħar ġimgħat. M'hemm xejn ta' barraminnhawn f'dan. Kull gvern jgħaddi minnu. Tbissimt jien u nsegwi l-isforzi u t-tqanżieħ ta' politikanti u "opinjonisti" tal-PN biex jonfħu dak li kien għaddej. Wara kollox, kienu qed jagħmlu xogħolhom.

    Biss jagħmlu x'jagħmlu, il-gvern qed iserraħ fuq blata li għadhom lura milli jimminaw. Apparti mill-maġġoranza kbira ta' deputati li għandu fil-Parlament, il-gvern qed jibbenefika minn riżultati ekonomiċi pożittivi, biex ma ngħidx pożittivi ħafna.

    Anki jekk dawn ġew injorati fl-aħħar ġranet, hemm kienu. F'ċirkostanzi hekk, gvern isib ruħu f'qagħda tajba biex jilqa' għat-taqlib inevitabbli li jinqala'.

    Il-gvern Laburista tal-lum jinsab f'din il-qagħda.

    SAJJIEDA

    Dan l-aħħar se jkunu ħadu ftit tan-nifs is-sajjieda tat-tonn tagħna, l-hekk imsejħa sajjieda "tradizzjonali" biex niddistingwuhom mill-impriżi industrijali li daħlu bil-kbir għall-kaċċa tat-tonn.

    Is-sajjieda tradizzjonali sabu rwieħhom dejjem aktar marsusa bejn min-naħa s-sajjieda industrijali, u mill-oħra r-regolamenti dwar is-sajd tat-tonn imdaħħla fl-Unjoni Ewropea. Dan sar bħala parti minn ftehim internazzjonali biex jirregola kif jinqabad it-tonn mingħajr mal-ħuta tinqered għal kollox.

    B'dan il-ftehim, is-sajjieda tradizzjonali ntlaqtu ħażin. Sabu li mhux bħal qabel, ma jistgħux jaqbdu l-ħut kemm u kif iridu. Daħlu l-kwoti għal kull sajjied. Uħud spiċċaw bla kwoti jew ingħataw inċentivi biex iwellu d-dgħajsa tagħhom jew addirittura jneħħuha.

    Talanqas, il-kwoti se jitkabbru ftit fis-snin li ġejjin għax il-provisti tat-tonn żdiedu fl-ibħra. U se jinbidlu r-regolamenti li bihom tonn aktar mill-kwota li kien jinqabad anki jekk b'mod ġenwin, kellu jintefa' lura fil-baħar. Din il-ħela kienet tinkorla lis-sajjieda Ewropej kollha, mhux il-Maltin biss. Jidher li nstabet soluzzjoni għaliha.

    ĊIKLISTI

    F'Malta għadhom jitqiesu bħala minoranza "persegwitata". Ftit isibu spazju minn fejn jgħaddu bil-biċikletti tagħhom. Ħafna sewwieqa jqisuhom bħala dwejjaq.

    Fil-kontinent mhux hekk.

    Iċ-ċiklisti saru forza li kibret sew, u m'inix nitkellem dwar l-Olanda. Il-bankini ta' Brussell u Strasburgu ssibilhom mogħdija privileġġjata għaċ-ċiklisti. Trid toqgħod attent kif taqsam minn fuqha għax malajr tisfa mtajjar.

    F'Pariġi se jdaħħlu kontrolli aktar iebsa fuq iċ-ċiklisti li qed jinjoraw b'mod lampanti r-regoli tas-sewqan fit-toroq; l-inċidenti maħluqa miċ-ċiklisti, żdiedu b'aktar minn 10 fil-mija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0