MIN MA JĦALLASX TAXXI

  • Diċ 04, 2014 10:30
  • Miktub minn

    Tajjeb li s-serċlajt dar minn fuq dawk li jqarrqu meta jibbenfikaw minn servizzi soċjali għal fuq dawk li jqarrqu billi ma jħallsux it-taxxi (tad-dħul u tal-VAT fost oħrajn), li jkunu dovuti jħallsu.

    Diġà ktibtha hawn u nerġa’ ngħidha. Dawk li jqarrqu bis-servizzi soċjali qed jagħmlu ħazin u għandhom jitrażżnu. Imma mhux huma biss li għandhom jiġu kkritikati u kontrollati. Fost il-professjonisti, in-negozjanti, il-benestanti u kategoriji oħra ssib min b’mod lampanti, jaħrab milli jħallas it-taxxi. Dawk li jagħmlu hekk, zgur għandhom mezzi aktar sofistikati milli għandhom għad-dispozizzjoni tagħhom in-nies li jħawdu bis-servizzi soċjali. Tal-ewwel għandhom ukoll x’aktarx aktar kuntatti tajba biex jgħattulhom xinhuma jagħmlu, kif ukoll pariri tajba dwar kif l-aħjar jippreżentaw ruħhom.

    Ma naħsibx li hu wisq diffiċli tgħid min minnhom l-aktar qed iservi ta’ dannu għad-dħul tal-gvern: il-persuni li jevadu t-taxxi.

    Hi ħaġa kurjuza kif dwar hekk, ma tantx isir diskors. Jew forsi mhi ħaġa xejn kurjuza. Forsi l-istess kuntatti u ”knowhow” dwar minn fejn tista’ tgħaddi soċjalment jgħinu sew biex in-nuqqasijiet tagħhom jitgħattew u jitnessew.

    Tajjeb għalhekk li s-serċlajt tal-opinjoni publika dar xi ftit lejhom. Ikun aħjar jekk jibqa’ fuqhom għal aktar zmien.

    BAĠIT

    Ħasra li d-diskussjoni dwar il-baġit tal-gvern għas-sena 2015 intilfet wisq fil-kontroversja dwar l-isparaturi tal-Gżira. Kien hemm ħafna miżuri li kien jixirqilhom aktar attenzjoni u argumentazzjoni bil-galbu (fosthom ukoll il-miżuri biex jitrażżan it-telf mid-dħul ta’ taxxi),.

    Lil hinn mit-tifsira meħtieġa tal-proposti li saru, hemm numru minnhom li se jibqa’ jkollhom impatt fis-snin li ġejjin. Oħrajn – bħas-sostenn tan-nefqa fuq ħidmiet kulturali u artistiċi – donnhom qed jiftħu għażla ġdida fil-mod kif gvernijiet Maltin sa issa ħarsu lejn il-prioritajiet.

    Qasam ieħor li seta’ ngħata aktar attenzjoni kien dak tal-investiment. Ngħidu kemm hu meħtieġ l-investiment, mhux l-anqas dak publiku. Għalhekk, kif il-gvern jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-investiment u sa fejn jirnexxielu jwassal il-miżuri li jipproponi li jieħu minn sena għal sena f’dal-qasam kien jimmerita diskussjoni wiesgħa.

    MILIED SAJFI?

    Għal xi ħadd bħali li regolarment jitlaq minn Malta biex ripetutament iqatta’ żmien qasir fit-temp frisk taċ-ċentru tal-Ewropa, il-miġja lura Malta għal temp sħun tibqa’ tissorprendi. Il-Maltin li jġarrbu dat-temp il-ħin kollu jinstemgħu mgħaġġba b’li qed jiġri, uħud imdejqa b’sajf li donnu jibqa’ etern. Oħrajn qed ibassru Milied sajfi u qed jitfantsu b’hekk.

    Lil tal-aħħar ma tantx nifhimhom. Ġieli kellna Milidijiet mis-sajfin. Ma kinux anqas pjaċevoli minn Milied frisk.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Diċ 05, 2014

    Nifrahlek tal-kuragg tieghek li l-abjad tghidlu abjad u l-iswed tghidlu iswed. Xbajt nisma' ministri jitkellmu biss dwar l-abbuz taz-zghar u nsew li meta kienu fl-oppozizzjoni kienu jghidu li tajjeb naraw ghala jsir dan l-abbuz. Mhux qed

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2014

    ma tafux minn mhux ihhallas taxxi.qatt amiltuu statistik

    Irrispondi