TQANŻIEĦ

  • Nov 24, 2014 06:42
  • Miktub minn

    Dwar il-baġit għas-sena 2015, jidher li l-Oppożizzjoni u l-midja li jappoġġjawha qed isegwu din l-istrateġija: jaħdmu kemm jistgħu biex il-baġit ma jingħatax ”wisq” attenzjoni. Allura, in-nies tqis il-miżuri mħabbra fih bħala ta’ importanza mhux daqstant kbira.

    Imma għaliex l-Oppozizzjoni għandha titlaq għal għonq dit-triq?

    Teżisti forsi tweġiba ħafifa: il-baġit ippreżenta linja ekonomika u finanzjarja li ħalliet impatt tajjeb fuq l-opinjoni pubblika. Allura minflok jattakkah b’mod wisq frontali, il-PN qed jara kif iċekken is-siwi tiegħu.

    Żball kardinali tal-Oppozizzjoni fil-jiem ta’ qabel tħabbar il-baġit 2015, kien li twissi kemm dan kien se jkun kiefer. Minflok, il-PN messu għolla l-aspettattivi taċ-ċittadini. Tant issettja l-aspettativi tal-poplu fil-baxx, li anki kieku l-gvern żamm id aktar iebsa, xorta kien joħloq sens ta’ benessri.

    Tifhem dan kollu meta ddur lejn il-kritika diretta li b’mod frontali qed tagħmel l-Oppożizzjoni għall-miżuri tal-baġit.

    Tassew qed tkun dgħajfa; tinħass qisha tqanżieħa.

    L-EWRO F’INĊERTEZZA

    L-ewro donnu riesaq lejn kriżi ta’ tip differenti minn dik li għadda minnha tlieta għal erba’ snin ilu.

    Veru: is-sentiment hu li qed isir kull ma jista’ jsir biex jinbnew istituzzjonijiet li jsostnu u jħarsu l-ewro fuq livell Ewropew.

    Biss xi ħaġa għadha nieqsa. Minkejja d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu u li għadhom qed jittieħdu, l-inċertezza dwar il-futur tal-ewro mhijiex żgħira. Minn fejn ġejja?

    Raġuni sostanzjali għal dan hi l-fatt li l-ekonomiji tal-pajjiżi differenti għadhom jittitubaw bejn staġnar u tkabbir fraġli li malajr isir fwar.

    Imma jista’ jkun li raġuni aktar fondamentali ġejja minn fatt li qed isir aktar evidenti: ma jeżistix kunsens bejn il-pajjiżi li jifformaw iż-żona ewro dwar il-passi li jwasslu għal kif għandu jkun il-profil finali taż-żona, biex b’hekk tkun tista’ taġixxi minn issa b’mod koerenti fil-qafas tal-globalizzazzjoni.

    L-UKIP

    Ir-rebħiet elettorali li wettaq l-UKIP fir-Renju Unit mhux se jibdlu minnufih il-mappa politika tal-pajjiż.

    Biss il-partit qed isostni rankatura politika li mhix se tieqaf malajr. Qed iżomm fuq l-aġenda l-possibbiltà li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

    B’hekk, qed iservi ta’ xprun għal movimenti separatisti f’inħawi differenti tal-Ewropa, anki jekk dawn bil-maqlub tiegħu, iridu jkunu indipendenti imma jibqgħu fl-Unjoni.

    Problema ewlenija hi li l-Ewropa tal-lum qed taffaċċja ħażin l-isfida tan-nazzjonaliżmu. Tinsab wisq kondizzjonata mill-eċċessi u d-delitti tal-faxxiżmu u n-nażismu.

    Warrbet wisq il-fatt li komunitajiet jgħixu ħajjithom bħala Ewropej f’rabta profonda mal-identità nazzjonali tagħhom. Qed tistrieħ wisq fuq il-fehmiet ta’ min intrabat mal-ideal ta’ Ewropa federali.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Nov 24, 2014

    Apparti t-tqanżiħa, Onorevoli, jidher ċar li l-intenzjoni tal-oppożizzjoni u l-midj

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 25, 2014

    Bil-mizuri tà dan il-bagit, koppja tà taht il-75 sena u jghixu b'pensjoni wahda biss taz-

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 25, 2014

    Sur Mifsud, mela inse

    Irrispondi