Għawdex

  • Set 24, 2012 10:50
  • Miktub minn

    Hemm bżonn kbir li wara l-elezzjoni li jmiss, Gvern Laburista jirnexxilu tabilħaqq jagħti spinta lill-iżvilupp ta’ Għawdex – u li jagħmel dan b’inizjattivi u bi proġetti reali, mhux bħal ma ġara taħt gonzi-pn b’ideat fiergħa u vojta li ma wasslu mkien. Gonzi-pn ittratta lil Għawdex mhux wisq aħjar milli għamel mat-tarznari. Wiegħed ħafna u ma kien lest iwettaq xejn.

    Għawdex hu xxurtjat aktar mit-tarznari għax gonzi-pn ma setax imexxi kampanja ta’ kritika u żeblieħ kontra tiegħu. Sa issa dejjem kellu maġġoranza ta’ voti Nazzjonalisti. U ma tistax thedded li tagħlqu, kif ingħalqu t-tarznari.

    Pjan ta’ salvazzjoni għal Għawdex irid jitlaq minn rikonoxximent li minkejja l-iżolament doppju tagħha, il-gżira għandha vantaġġi u assi li jistgħu jintużaw biex iżommuha fil-wiċċ u tiżviluppa b’mod li jagħmel sens ekonomiku. Minn dejjem emmint li dan jista’ jsir.

    Konflitti ta' interess

    Il-konflitti ta’ interess f’pajjiżna jnixxu minn kullimkien. Tant aħna żgħar: u fl-istess ħin irridu nsostnu l-istrutturi kollha ta’ stat modern li jrid jamministra, jgħaddi l-liġijiet, jirregola, jonfoq flejjes tal-gvern li jammontaw għal kwazi nofs l-ekonomija, jsostni s-sigurtà nazzjonali u jwettaq il-ġustizzja, fost funzjonijiet oħra. Kulħadd jiġi minn kulħadd, kulħadd b’għajnejh attenti għal kulħadd u kullimkien issib biża’ dwar il-vulnerabbiltà tagħna bħala soċjetà nazzjonali.

    Ħafna mis-salvagwardji li ddaħħlu kontra l-konflitti ta’ interess ma jistgħu jwasslu mkien. Ġeneralment jinvolvu l-ħolqien ta’ strutturi ta’ sorvelja li se jkunu effettivi skont min jitpoġġa biex imexxihom. U min jista’ jkun dat-tali jew talija? Aktar ma jissemmew strutturi differenti biex iħarsuna mill-kunflitti ta’ interess, aktar nikkonkludi li mhu se jsir xejn fir-realtà. Hemm wisq nies komdi bil-fatt li nikkundannaw il-konflitti ta’ interess mingħajr ma nagħmlu xejn realistiku biex inrażżnuhom.

    Tal-Go

    F’“L-Imgħallem tal-Go” Jasunari Kawabata kiteb kapolavur eċċezzjonali. Il-Go mhix il-kumpanija tat-telefon imma logħba tradizzjonali Ġappuniża ferm aktar komplikata miċ-ċess. Fir-rumanz, l-Imgħallem ewlieni tal-go Shusai jaċċetta l-isfida li ssirlu minn Otake, nofs l-età tiegħu u magħżul mill-assoċjazzjoni nazzjonali tal-go. It-tnejn jieħdu sehem f’logħba sponsorjata minn gazzetta ewlenija.

    Ir-rumanz jagħtina l-perspettiva ta’ ġurnalist ta’ din il-gazzetta li qed jirrapporta l-logħba. Tista’ ma tkun tifhem xejn fil-go, bħali, imma l-mod kif jittella’ r-rakkont hu affaxxinanti. Bejn Sushai u Otake tiżviluppa gwerra qalila li twassal għat-telfa tal-Imgħallem u l-mewt tiegħu ftit wara. Bħala storja dwar kif tissensel il-ġlieda bejn il-ġenerazzjonijiet, dan ir-rumanz qasir bilfors jitqies minn ta’ quddiem nett.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0