KORRUZZJONI

  • Nov 13, 2014 11:32
  • Miktub minn

    Il-midja Spanjola kienet mimlija fl-aħħar jiem b’dettalji dwar każi ta’ korruzzjoni li fihom kienu mdaħħla persuni magħrufa sew fl-oqsma tal-politika, tat-tmexxija ekonomika privata u pubblika, fl-amministrazzjoni pubblika... saħansitra membri tal-familja rjali.

    Fiċ-ċirkostanzi wieħed jifhem għaliex il-fehma tal-Ispanjoli dwar l-istrutturi diriġenti ta’ pajjiżhom hi daqshekk baxxa, aktar u aktar għax numru ta’ każi juru li l-korruzzjoni ilha għaddejja. Ma twelditx ilbieraħ.

    Li jinkwetani hu dan: ma nemminx li s-soċjetà Spanjola minnha nfisha tippromwovi l-korruzzjoni aktar minn soċjetajiet Ewropej oħra. Sempliċement tinsab f’fażi fejn għal raġuni jew oħra, x’kien isir taħt l-ilma qabel, fl-aħħar tela’ fil-wiċċ.

    Jekk hu hekk, il-biża’ jsir li l-każi mqanqla fi Spanja mhumiex eċċezzjoni imma jirriflettu realtà ħafna aktar wiesgħa.

    TAXXI

    L-informazzjoni ma setgħetx ħarġet fi żmien aktar delikat. Jean Claude Juncker (flimkien mal-Kummissarji tiegħu), kien għadu lanqas qatta’ ġimagħtejn fil-kariga...

    Matul is-snin li Juncker kien Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu diversi kumpaniji privati kbar waslu għal ftehim mal-gvern tiegħu biex ikollhom tnaqqis sostanzjali mit-taxxi li kellhom iħallsu fuq id-dħul tagħhom. B’hekk irnexxielhom jiffrankaw biljuni ta’ ewro u għalhekk baqgħu joperaw mil-Lussemburgu.

    Teżisti fl-Ewropa bħalissa mewġa ta’ kritika u anki rabja għall-maniġġi li jagħmlu bosta kumpaniji biex jevitaw it-taxxi dovuti minnhom. Fi żmien awsterità u staġnar ekonomiku meta ħafna nies qed iħossuhom sejrin lura, bilfors jindannaw malli jintebħu kif fl-istess ħin, min għaddej tajjeb ħafna, xorta jista’ jsib kif imur ħafna aħjar billi jiżgiċċa mill-obbligi tiegħu lejn il-komunità.

    Uħud diġà fissru li m’għandhomx fiduċja f’Juncker biex irażżan dan l-iżvilupp, għalihom inaċċettabbli.

    TRADUZZJONI

    Il-ħabib tiegħi l-Professur Laurent Seychell daħal għal ħidma diffiċli meta qaleb għall-Franċiz ġabra ta’ rakkonti ”Ċpar” li ħriġt bil-Malti mal-SKS is-sena li għaddiet. Wettaqha fi żmien qasir u ħariġha ktieb. Sa fejn naf jien, għamel kollox hu – li jrendi l-isforz kollu aktar impressjonanti.

    Kif jaf, kien hemm ċerti deċizjonijiet li ħa li ma qbiltx magħhom. Imma ma nistax ma nirringrazzjahx tal-interess u l-impenn ġenwin li wera.

    It-traduzzjoni ta’ kitba Maltija f’ilsien ieħor hi avventura iebsa ħafna u ma tantx issib appoġġ. Suppost tgħin biex il-Malti jsir aktar magħruf fil-bqija tal-Ewropa... Għadna lura sew milli naslu sa din il-mira.

    Naturalment, nitfarrġu billi niftakru fiċ-ċokon tagħna. Biss meta tara x'inhu jiġri fl-Iżlanda bil-firxa wiesgħa ta’ traduzzjonijiet ta’ kotba Iżlandiżi li ssib kullimkien bil-Franċiż, Ingliż u Ġermaniż, ikollok tissuspetta li hemm xi ħaġa li m’aħniex nagħmlu sew f’dal-qasam.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0