AKTAR FUQ BANEK

  • Nov 06, 2014 09:44
  • Miktub minn

    Bil-mod il-mod, baqgħu jitressqu aktar miżuri li jwettqu l-għaqda bankarja li qed tinbena fl-Unjoni Ewropea. It-tlestija ġimagħtejn ilu tat-testijiet li saru fuq il-banek il-kbar biex jaraw kemm se jkunu jifilħu għal xi kriżi finanzjarja ġdida li tista' tinqala' kien biss sforz wieħed fil-binja sħiħa li tinsab għaddejja.

    Minn naħa, ittellgħu l-istrutturi li fuq skala Ewropea se jkunu qed jissorveljaw l-andament finanzjarju tal-banek u li f'każ ta' xi falliment qrib, jintervjenu biex "isalvaw" il-banek mingħajr ma jkollhom jindaħlu l-gvernijiet. Dan se jkun jinvolvi wkoll matul is-snin kontribut ġdid li l-banek se jkunu jridu jagħmlu ħalli jinħoloq il-fond li se "jsalvahom" fil-każ ta' xi problema.

    Minn naħa oħra, qed jiddaħħlu regoli dwar l-operat kurrenti tal-banek u ta' istituzzjonijiet finanzjarji differenti li qed jagħmlu xogħol simili għal tal-banek. Pereżempju bħalissa, fil-Parlament Ewropew qed jiġi diskuss regolament li bih il-banek ma jitħallewx aktar jużaw il-fondi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jixtru l-ishma u jinvestu direttament f'kumpaniji oħra.

    Ħaġa li ma tantx qed tissemma hi kemm dawn il-bidliet se jżidu fl-ispejjeż tat-tmexxija bankarja.

    TRAFFIKU

    Li t-traffiku ilu jiżdied b'mod li mhux se jkun sostenibbli ilha ħaġa ċara. Għal ħafna madankollu ma tantx hu politikament għaqli li tqajjem is-suġġett. Jekk se tqajmu, trid tasal eventwalment biex tipproponi soluzzjonijiet li kollha jqanqlu reżistenzi u antipatiji kbar.

    Fost is-soluzzjonijiet: tgħolli b'tassazzjoni l-prezz ta' karozzi u petrol tant li bosta nies jibdew jekonomizzaw bil-kbir fl-użu tagħhom; ittejjeb bis-serjetà is-servizz tat-trasport publiku; iddaħħal ħinijiet differenti għal meta jinfetħu l-uffiċċji, l-iskejjel u l-ħwienet; iddaħħal ġranet differenti għal meta karozzi privati jistgħu jinsaqu fit-toroq...

    Kull waħda minn dawn il-proposti tqajjem xokk u dwejjaq fost żgħażagħ u anzjani, ħaddiema u pensjonanti, nisa tad-dar u sidien. Diffiċli tgħid jekk dan id-dwejjaq ikunx aktar jew anqas mid-dwejjaq li kollha kemm huma qed ikollhom jissaportu bħalissa, bil-qagħda kif inhi.

    ĊINA

    Tidher li għaddejja kampanja maħsuba biex toħloq diffikultajiet bejn il-poplu Malti u ċ-Ċina. Ħaġa bħal din jista' jkollha għan wieħed - dak li tisfratta xi ftehimiet li jistgħu qed jitħejjew bejn il-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi.

    Stramb pereżempju li l-midja tal-PN indunaw dan l-aħħar bil-problemi fil-kumpanija Ċiniża li tipproduċi l-ħwejjeġ u li ilha topera minn nofs is-snin tmenin. Jiġifieri tul il-ħamsa u għoxrin sena ta' tmexxija Nazzjonalista, din il-kumpanija tħalliet topera bla problemi ta' xejn.

    It-tattika li tipprova tfixkel il-ħidma tal-gvern b'dan il-mod hi waħda li dejjem għoġbot lill-PN. Hi tattika anti-nazzjonali u kontro-produċenti.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook