BAĠIT

  • Nov 03, 2014 09:20
  • Miktub minn

    Politikament iż-żmien tal-baġit hu l-aktar wieħed eċitanti tas-sena. Joffri skop għal diskussjoni wiesgħa dwar il-miri tal-gvern u kemm qed jintlaħqu tajjeb, u dwar il-kritika li tagħmel l-Oppożizzjoni, bl-alternattivi li toffri.

    Illum, din il-logħba politika qed tiġi komplikata bir-regoli li ddaħħlu fiż-żona ewro dwar is-sorvelja li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel tal-baġits qabel jitressqu fil-Parlamenti nazzjonali. X’tgħid il-Kummissjoni dwarhom se jkollu piż dejjem akbar fid-dibattiti għaddejja.

    Ekonomikament il-baġit jagħti rendikont tal-qagħda tal-pajjiż u anki joħroġ bi proposti ġodda. Hawn niddubita kemm sar jagħmel differenza, speċjalment meta gvern ikun qabeż il-perijodu li fih ikun gawda minn qamar il-għasel mal-elettorat. Ħafna mill-ideat ta’ ħidma jkunu ilhom li nħmew u ngħataw ċerta pubbliċità waqt li l-miżuri ġodda li jitħabbru ħafna drabi jdumu biex ikollhom effett li jinħass. Allura jisfaw imġennba ftit jew wisq minn żviluppi ġodda li jkunu qed iseħħu.

    Għall-baġit Malti ta’ dis-sena l-aqwa sfida se tkun ta’ kif se jiġi żgurat li l-progress ekonomiku miksub jibqa’ wieħed sostenibbli.

    ĦRUXIJIET

    Gwerra tal-guerilla, gwerra ċivili dejjem se jkunu ħarxa u qliel, u mhux fi żminijietna biss. Biżżejjed taqra x’kien jiġri meta għal darba tnejn u aktar kienu jqumu rewixti mdemmija fi ħdan l-Imperu Ruman.

    Biss illum diffiċli tifhem għaliex fis-Sirja u fl-Iraq, il-moviment ġiħadista li jrid iwaqqaf stat Iżlamiku, qed iwettaq daqstant ħruxijiet u massakri li huma għal kollox barbari u diżgustanti. Jekk iwettaqhom biex jintimida lill-popolazzjonijiet li jrid jikkontrolla jew biex jesterminahom, mhu se jkun hemm l-ebda permanenza fi kwalunkwe kisbiet militari li jirnexxielu jasal għalihom, organizzat tajjeb kemm ikun organizzat tajjeb.

    L-agħar dnub hu li l-ħruxijiet qed jitwettqu f’isem l-Iżlam, reliġjon li taħseb x’taħseb dwar id-dommi tagħha, tat provi kbar matul is-sekli li fil-qalba tat-twemmin tagħha, hemm rispett sħiħ lejn id-dinjitá tal-bniedem.

    BURKINA FASO

    L-aħbarijiet dwar Burkina Faso matul dil-ġimgħa fakkruni fid-darba li kont Ougadougou, l-kapitali tal-pajjiż. Attendejt għall-konferenza tal-assemblea tal-parlamenti tad-dinja ta’ Settembru 2001. Barra mil-laqgħat formali, fi sħana tremenda, kelli ħafna opportunitajiet inżur il-belt, li malli tħalli ċ-ċentru ċkejken tagħha, kont – talanqas dak iż-żmien – issib ruħek f’toroq fejn ħafna mid-djar ma kinux aħjar minn griebeġ. In-nies madakollu kienu tassew dħulin.

    Xtaqt li wara l-konferenza nżur il-pajjiżi ta’ madwar Burkina Faso. Ma kellux ikun: fil-11 ta’ Settembru seħħ l-attakk fuq it-Twin Towers f’New York. Il-konferenza ntemmet hesrem u nqalgħu problemi kbar biex il-parteċipanti fil-konferenza jsibu titjiriet ħalli jeħduhom lura lejn darhom, fil-kaos li nqala’ mad-dinja kollha fost il-linji tal-ajru.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook