ŻIDIET FIL-PAGI

  • Ott 30, 2014 10:39
  • Miktub minn

    Nimmaġina li l-polemika dwar it-58 ċentezmu fil-ġimgħa li se jiżdiedu l-ħaddiema skont il-kejl tal-għoli tal-ħajja, l-hekk imsejħa COLA, qed tħalli bierda lil ħafna li jaħdmu fil-qasam tal-prekarjat (kif ta’ min jibda jsejjaħlu),.

    Għal ħafna minn dawn il-ħaddiema, li m’għandhomx il-ħarsien tal-unjins, iż-żieda mogħtija fil-baġit qatt ma sseħħ. Jekk jitħajru jagħfsu biex jeħduha, isibu li l-impjieg intemmilhom u qed jerġa’ jkun offrut impjieg ġdid bil-paga l-antika.

    Mhux ta’ b’xejn li l-kejl medju tal-livell ta’ ħlasijiet lil dawk f’impjieg trid tiflih b’ċerta kawtela. Jaħbi differenzi enormi bejn il-qligħ ta’ min jinsab fuq jew fuq nett; u ta’ dawk li jinsabu taħt u taħt nett.

    Meta tgħaqqad il-pagi ta’ kulħadd flimkien u tieħu l-medja ras imb’ras, din se tagħtik ċifra rispettabbli. Imma ma tirriflettix tajjeb kif effettivament matul is-snin, il-qagħda ta’ min jaqla’ l-anqas ħżienet mhux tjiebet.

    BANEK

    Bħala parti mill-proċess li bih fl-Unjoni Ewropea, l-aktar fiż-żona ewro, qed tiddaħħal għaqda bankarja, l-banek Ewropej ewlenin ġew miflija bir-reqqa. Kellu jinstab jekk għandhomx saħħa biżżejjed biex jilqgħu għat-tempesti finanzjarji li għad jistgħu jinqalgħu.

    Għaddew minn dat-test numru akbar ta’ banek milli kien mistenni, fosthom dawk magħżula minn Malta. Uħud kbar, saħansitra fil-Ġermanja, Franza u l-Italja, fallew u se jkollhom jaraw kif f’qasir żmien se jaddotaw ruħhom b’aktar fondi ħalli jissaħħu.

    Biss, għadni perpless dwar dan il-punt: matul l-aħħar ħames snin, saru xi żewġ eżamijiet simili fuq l-istess banek li minnhom kienu għaddew dawk li fallew illum. Jiġifieri t-testijiet li saru qabel, m’għadhomx mitqiesa bħala iebsa biżżejjed.

    Imma allura jista’ jiġri li fi ftit taż-żmien ieħor, l-istess ħaġa tista’ tingħad għat-testijiet li saru din id-darba?

    VERITÀ

    Problema f’pajjiżna hi biex toħroġ il-verità – jew il-verità kollha – dwar suġġetti ta’ interess publiku kbir. Wieħed jistenna li f’demokrazija moderna, investigazzjonijiet ta’ natura kriminali u ġudizjarja jitwettqu b’ħeffa u trasparenza sakemm jitwasslu għal konklużjoni trasparenti fi żmien raġonevoli.

    Rari tiġri din il-ħaġa.

    Per eżempju: x’inhi l-verità – jew il-verità kollha – dwar il-każ tal-BWSC? Jew dwar it-tneħħija mill-kariga tal-eks-Kummissarju Ewropew John Dalli? Jew dwar il-każ tat-tixħim u korruzzjoni fix-xiri taż-żejt mill-Enemalta? L-ebda wieħed minn dawn il-każi ma ra d-dawl tal-jum ilbieraħ.

    Soċjetà li tħossha komda b’dan id-dewmien – li ta’ spiss jispiċċa dewmien ta’ dejjem – tagħti l-impressjoni li qed issostni barumbari sħaħ ta’ intriċċi klandestini biex ma ngħidx mafjużi. Agħar minn hekk, tagħti wkoll l-impressjoni li toffri art għammiela għall-abbużi tal-poter u għall-korruzzjoni.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Ott 30, 2014

    Jien tal-fehma li din iz-zieda saret biex tagevola lis-Self emplyed. Bil-58c zieda l-fqir xorta ha jibqa fqir. Verament li ttiehdu mizuri kontra l-gholi tal-hajja, w zieda qawwija terga tgholli lill istess hajja. P

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 31, 2014

    Qabel l-elezjoni kont gbajt nisma li se jiehdu hsieb ix-xoghol PRE KARJU w li se jerga jolli l-MIDDLE CLASS bil 58Cents ghaqta kemm se se jollija il middel class u prekarjat tad-dahk jew tal-biki

    Irrispondi