"BRAND" GĦAL MALTA

  • Ott 12, 2014 15:47
  • Miktub minn

    Intqal li Malta jeħtieġ li tiżviluppa l-“brand” tagħha – id-dehra korporattiva li tidentifikaha aħjar ma’ investituri u mexxejja barranin, li ftit jafu dwarna. B’hekk hemm ċans li jitħajru aktar jidħlu f’relazzjoni magħna.

    Intqal li biex nattiraw investimenti lejna, hu importanti li nagħmlu riċerka dwar min l-aktar jgħodd għalina u l-aktar jista’ jitħajjar jinvesti fostna. Għandna mmorru nfittxuh u nħajruh direttament jinnegozja magħna.

    Dawn iż-żewġ fehmiet ma jikkontradixxux lil xulxin.

    Kull organizzazzjoni soċjali jeħtieġ li żżomm profil li bih tkun tista’ titqabbel ma’ organizzazzjonijiet oħra u tiddifferenzja ruħha minnhom. Waħdu dan il-profil jew “brand” ma tantx se jressaq investituri jew negozji lejn pajjiż li jkun ċkejken u ftit magħruf.

    F’każ bħal tagħna, pajjiż mill-iċken, m’hemmx strateġija aħjar minn dik li tmur għand min taħseb li tista’ tinteressah fik u twasslu biex jiġma’ dan l-interess. Imma jeħtieġ ukoll li min qed tipprova tħajjar se jsib profil għall-pajjiż li jagħtih stampa konvinċenti u kredibbli tiegħu.

    Iż-żewġ fehmiet mhux talli mhumiex f’kuntradizzjoni. Talli jridu jitħaddmu flimkien b’mod komplementarju.

    EBOLA

    Bħal ħafna oħrajn, m’inix konvint li sar kull ma kellu jsir biex l-epidemja tal-ebola ma titħalliex tinfirex.

    Damu wisq jgħidu li l-biċċa kienet taħt kontroll u l-marda ma kellhiex toħroġ ’il barra mill-Afrika. Baqgħu ma ntbagħtux biżżejjed riżorsi ħalli jkunu jistgħu jinbnew faċilitajiet ospidaljeri u sanitarji fl-inħawi fejn l-imxija kienet qed tirranka.

    U llum li każi ta’ mard bl-ebola bdew jinkixfu f’pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti, wisq emfażi qed jingħata lejn kif jista’ jiġi sorveljat l-ivvjaġġar minn pajjiżi Afrikani, u mhux biżżejjed lejn kif il-marda trid tiġi ffaċċjata fl-inħawi fejn tinsab irrankata.

    ORIZZONT U TORĊA

    Interessanti ħafna l-bidliet li għadhom kemm saru fil-fasla u fil-kontenut tal-gazzetti tal-Union Print l-orizzont u it-torċa. It-tnejn li huma għandhom issa preżentazzjoni aktar kalma, li xxaqleb lejn riflessjoni bilanċjata ta’ kif qed jiżviluppaw il-ġrajjiet fil-pajjiż. Hi bidla li kien tellaq Aleks Farrugia fit-torċa xi ftit tas-snin ilu u li qed tafferma ruħha aktar. Tirrifletti wkoll l-emfazi tal-Partit Laburista, fost oħrajn, fl-aħħar snin biex jidher ”cool”.

    Il-bidliet għandhom itejbu l-qagħda tal-gazzetti anki jekk uħud mill-qarrejja l-aktar anzjani se jħossuhom xi ftit mitlufa.

    Il-gazzetti kollha bħalissa, u mhux f’Malta biss, qed ikunu soġġetti għal kompetizzjoni intensa minn mezzi oħra ta’ komnikazzjoni. Ħafna qed jitilfu l-ġlieda għal qarrejja. Qed jagħmlu tajjeb id-diriġenti tal-Union Print li jipprovaw toroq ġodda kif se jilħquhom.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Ott 14, 2014

    l-ikbar hmerija fl-orizzont hi li tnehhiet il-crossword, xi haga li nhar ta sibt lilna d-dilettanti kienet tirrilassjana hafna fil-kampanja, fejn il-bahar, jew ghal kwiet f'xi gnien pubbliku jew privat. Ma nistax nifhem il-hsieb li titnehha.

    Irrispondi
  •  

Facebook