NEWTRALITÀ

  • Ott 09, 2014 10:56
  • Miktub minn

    Rajtha ftit imġebbda l-kontroversja li nqalgħet dan l-aħħar dwar in-newtralità ta’ Malta. Qamet l-aktar għax George Vella, Il-ministru tal-affarijiet barranin, qal li n-newtralità waħidha mhux bilfors tiggarantixxi s-sigurtà ta’ Malta.

    Jekk fhimt tajjeb, uħud interpretaw dan bħala li Dr Vella jrid ikaħħal lil Malta man-NATO – kif iridu jagħmlu ċerti elementi mil-lemin.

    Mentri dak li qal il-ministru dejjem kien parti mill-mod kif, mis-sebgħinijiet, tqieset in-newtralità.

    Pereżempju, kien hemm il-ftehimiet mal-Italja maħsuba biex jiggarantixxu n-newtralità billi jfornu għajnuna materjali lil Malta. L-għan kien li mal-Italja jingħaqdu pajjiżi oħra. Minnu nnifsu ftehim hekk irrikonoxxa li n-newtralità waħidha mhix biżżejjed biex tissalvagwardja s-sigurtà.

    Intqal li pajjiż newtrali ma jintervjenix f’eżerċizzji internazzjonali kontra t-terroriżmu. Imma kull azzjoni li mhijiex organizzata minn stat sovran bl-ebda mod ma tista’ titqies li taqa’ taħt il-kappa tan-newtralità fil-mod kif naġixxu dwarha.

    Terġa’, anki jekk ikun stat li jvara atti terroristi kontra stati oħra jew ċittadini tagħhom, niddubita kemm in-newtralità ta’ Malta, kif definita fil-kostituzzjoni tagħna, tbarrina milli nieħdu sehem f’ħidma internazzjonali kontra tali att.

    ***

    Tmexxija organizzattiva

    Hemm ċerti problemi fit-tmexxija tas-soċjetà li donnhom jibqgħu ma jinbidlux minn ġenerazzjoni għall-oħra.

    Fosthom insibu l-problema tat-tmexxija organizzattiva, (“organizational management”),. Donna bqajna nieqsa mill-ħiliet li bihom jitmexxew amministrazzjonijiet moderni. Kollox baqa’ ppernjat fuq il-personalità ta’ min jaħbat imexxi uffiċċju u fuq il-ħtieġa li kemm jista’ jkun ma tiksirha ma’ ħadd.

    Fis-settur pubbliku jdejquni t-telqa u l-burokrazija li fost affarijiet oħra jwasslu, kif rajna fl-aħħar xhur, għal mewġa ta’ rizenji minn karigi eżekuttivi.

    Fis-settur privat baqgħu jipprevalu s-servizz ħażin, il-prezzijiet mhux kompetittivi u l-inabbiltà biex jinżammu l-iskadenzi mwiegħda fil-provvista tax-xogħolijiet – kif erġajna rajna dwar it-tmiem tal-binja tal-Parlament il-ġdid.

    Biss, trid tgħid kollox: l-aktar snin li matulhom Malta għamlet progres, kienu l-ħamsin sena mill-Indipendenza, meta l-aqwa organizzazzjonijiet pubbliċi u privati ġew f’idejn il-Maltin.

    ***

    Mistoqsija u tweġiba

    Resaq lejn tmiemu l-proċess li bih fil-Parlament Ewropew sar is-smigħ tal-Kummissarji l-ġodda fil-Kummissjoni Ewropea mmexxija minn Jean Claude Juncker. Matul is-seduti ta’ smigħ, saru ħafna mistoqsijiet: teknikament mistoqsija ta’ minuta kull tliet minuti, fuq medda li effettivament kopriet aktar minn sagħtejn u erbgħin minuta kull laqgħa.

    Il-problema tiegħi kienet li t-tweġibiet denji li jissejħu hekk kienu ħafna anqas fil-għadd milli saru mistoqsijiet. Din il-ħaġa tiftiehem in parti biss minħabba l-fatt li ħafna mill-Kummissarji kienu għadhom kemm inħatru f’karigi dwar oqsma li kienu ġodda għalihom.

    Stajna kellna aktar tweġibiet...

    (alfredsant.org),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook