IS-SMIGĦ TA’ KARMENU VELLA

  • Ott 02, 2014 10:21
  • Miktub minn

    Għas-smigħ ta’ Karmenu Vella, is-sala kienet imballata bin-nies. Mhux biss il-kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-ambjent kien involut imma wkoll il-parlamentari li jindokraw materji li għandhom x’jaqsmu mas-sajd u affarijiet marittimi.

    Naħseb li għamel tajjeb il-perit Vella matul is-smigħ kollu kien li fejn kien għadu ma laħaqx studja tajjeb il-kwistjonijiet mqajma mid-deputati, qal dan waqt li fisser ir-rieda li jkun lest fiż-żmien li ġej, biex jidħol fihom bil-kbir u jikkonsulta lid-deputati. Veru li dan fetħu għall-akkuża li ma kienx imdaħħal biżżejjed f’ċerti suġġetti li ngħatawlu biex isegwi bħala kummissarju. Imma l-istess japplika għal ħatriet oħra li għamel Juncker. Quddiem problema hekk, m’hemmx aħjar mill-ġenwinità, kif stqarrew miegħi uħud mid-deputati.

    Jidhirli wkoll li Vella rnexxielu jegħleb il-biża' ta’ deputati oħra, speċjalment fost is-soċjalisti, li se jkun lest juża l-kariga tiegħu biex jippermetti l-interessi tal-buisness jieħdu s-sopravvent fuq il-ħarsien tal-ambjent.

    ĠNUS MAGĦQUDA

    L-intervent tal-Prim Ministru Malti fil-Ġnus Magħquda x-xahar li għadda kien f'waqtu u meħtieġ. Reġa' afferma li Malta għadha impenjata li tqis il-Ġnus Magħquda bħala l-pern ta' ordni legali internazzjonali mibni fuq rispett lejn is-sovranità tal-ġnus.

    Minn dejjem il-Ġnus Magħquda baqa' jonqoshom is-saħħa biex joħolqu qafas xieraq għar-relazzjonijiet bejn in-nazzjonijiet, wieħed imsejjes fuq id-dritt, mhux il-qawwa.

    Aktar ma nfirxet il-globalizzazzjoni aktar messha nħasset il-ħtieġa tal-Ġnus Magħquda u t-tama li toffri ta' proċedura ċivili għal kif il-ġnus jittrattaw ma' xulxin biex jeliminaw il-gwerer. Li ġara kien li l-Ġnus Magħquda minflok issaħħu matul is-snin, iddgħajfu.

    STENDAHL

    Stendahl hu wieħed mir-rumanziera li nammira ħafna. Ta' spiss, kien isibha bi tqila li jwassal sa tmiemha, kitba li jkun beda. Anki l-kapolavur tiegħu “Il-Monasterju ta' Parma” jintemm malajr malajr, qisu l-kittieb beza' li se jieqaf hesrem. Għandu rumanz jew tnejn li abbandunahom meta kien avvanza sew fl-izvilupp tagħhom.

    Biss ma kontx naf li ħalla warajh ġabra sħiħa ta' manuskritti fejn il-ġrajja li kien jiddeskrivi nqatgħet ħesrem ftit biss wara li kien beda jirrakkuntaha. Sibt ktieb interessanti li jippreżenta għażla wiesgħa minn dawn ir-rakkonti li sofrew abort letterarju. Għandhom titoli bħal: Il-Lhudi; L-Għadira ta’ Ġinevra; Feder; Don Pardo...

    Proposta interessanti forsi tkun din: li wieħed jitlaq minn xi wieħed mir-rakkonti mibdija ta' Stendahl, speċjalment jekk abbandunah kmieni sew, u jara jistax jispiċċah. Imma forsi wkoll li sforz bħal dan jista' jitqies bħala ħidma prużuntuża għax donnu min jidħol għalih qed iqabbel lilu jew lilha nnifsu/nnifisha ma' Stendahl – ħaġa li veru tammonta għal prużunzjoni enormi.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook