Parla Parlament

  • Set 17, 2012 10:23
  • Miktub minn

    Il-viċi Prim Ministru Borg ħareġ karta bajda dwar "riformi" fil-Parlament: irid jagħtih amministrazzjoni «awtonoma» u jaħtar kummissarju biex jiżgura li d-deputati ma jabbużawx mir-rwol tagħhom.

    Bħallikieku l-akbar urġenza għall-Parlament f’isem it-tisħiħ tad-demokrazija, huma dawn il-proposti nejja. Xi ħaġa bħalhom kienet tagħmel sens kieku l-ewwel issewwew il-vizzji li ħarbtu l-operat tal-Parlament fl-aħħar snin. L-aqwa deċiżjonijiet saru jittieħdu mill-gvern minn wara dahar il-Parlament li jkun mistenni japprovahom bis-suq u ġerri. Sadattant, il-gvern jara kif dejjem jillimita l-iskrutinju diġà limitat tal-Parlament fuq il-ħidma tiegħu. U kellna t-tattika skandaluża tal-aħħar xhur, fejn ittellgħu ħafna liġijiet għad-diskussjoni u tħallew nofs leħja għax il-gvern jibża’ li se jitlef il-vot.

    L-abbużi fl-aħħar snin fit-trasparenza u l-"accountability" saru minn gonzi-pn. Biżżejjed wieħed jiftakar fiż-żieda skandaluża fil-paga li l-ministri u l-Prim Ministru ħadu wara dahar kulħadd. Borg ma setax ikun aktar patetiku milli kien hu u jippreżenta l-"karta bajda" tiegħu.

    Il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża

    Ma stagħġibtx li l-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża approvat ir-ratifika mill-Ġermanja tat-trattat li qed iwaqqaf il-fond imsejjaħ il-Mekkaniżmu għall-Istabbiltà Ewropea biex «jiddefendi» l-ewro. Lanqas li l-Qorti daħħlet regoli dwar kif għal li ġej fit-tħaddim tal-fond, il-parlament Ġermaniż irid iżomm il-poter tad-deċiżjoni. Għalkemm fil-Ġermanja qamet kontroversja sħiħa dwar din il-biċċa, l-esiġenzi politiċi u r-realtà kostituzzjonali kienu jindikaw it-triq li ħadet il-Qorti.

    Intilef żmien prezzjuż fit-twaqqif tal-fond. Biss matul is-sajf, minkejja l-problemi jikkargaw fi Spanja u l-kriżi bla waqfien fil-Greċja, bil-manuvri delikati u makakki li wettaq, il-kap tal-Bank Ċentrali Draghi rnexxielu jikkalma l-inċertezzi fis-swieq finanzjarji. Talanqas sa issa.

    Mill-Persja

    "Creation" hu rumanz storiku ta’ Gore Vidal li ili rrid naqra. Jikkonsisti fl-awtobiografija ta’ Cyrus Spitama, nobbli Persjan b’omm Griega, fi żmien il-konfront bejn il-Greċja tal-qedem u l-Persja. Biss, Spitama jemmen li l-Persja għandha tħares lejn il-lvant. Jgħidilna dwar il-vjaġġi twal tiegħu fl-Indja u fiċ-Ċina, fejn isus biex jifhem l-għerf tagħhom u jqabblu maż-Żoroastriżmu, ir-reliġjon uffiċjali tal-Persja. Insegwu f’bizzilla ta’ dettall, l-esperjenzi ta’ Spitama, li jaħbat in-neputi ta’ Zoroastru: jiltaqa’ ma’ diversi għorrief tal-lvant fosthom il-Budda Guatama u Konfuċju. Fi tmiem ħajtu jispiċċa f’Ateni fejn fost oħrajn ikollu kontroversji ma’ Erodotu. Il-kredibilità tar-rakkont tixxaqqaq b’dawn l-inċidenti; għalkemm Vidal, bl-istil impekkabbli tiegħu, ma jaqax fir-redikolu ta’ Christian Jacq, li fir-rakkonti tiegħu dwar il-Faragħuni Ramses, kien irnexxielu jlaqqa’ lil Mose’ ma’ Omeru!!

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0