Dubju

  • Set 13, 2012 12:49
  • Miktub minn

    Kellna l-ftaħir mistenni dwar kif l-ekonomija Maltija “ħarġet” mir-riċessjoni. Madankollu meta tqis ftit fid-dettall iċ-ċifri pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, ma tistax ma tħossokx dubjuż.

    Jekk tifli s-setturi li jipproduċu l-ġid reali, bħall-manifattura jew it-turiżmu, issib li ftit li xejn avvanzaw fis-snin li għaddew. Anzi, pjuttost li sal-lum, waqgħu lura. Skont l-aħħar statistika, l-aktar li kkontribwixxa għat-tkabbir ekonomiku jew kważi, kien is-settur tal-gvern. Hi ħaġa ovvja għaliex dan ġara: riesqa elezzjoni. Kull darba li tersaq elezzjoni hekk jiġri, il-gvern jiftaħ idu. Din id-darba irid joqgħod attent li hu u jroxx, ma jirrokkax mal-Kummissjoni Ewropea li qed tissorvelja kif l-gvernijiet membri taż-żona ewro qed imexxu l-finanzi tagħhom. Forsi l-kalkolu hu li għal ftit xhur, jekk il-gvern jagħtiha għall-ħala, tal-Kummissjoni se jagħlqu għajn waħda?

    Dan mhux mod xieraq kif l-ekonomija Maltija tiżviluppa anki jekk il-kalkolu tal-Prodott Gross Domestiku issa qed juri li “ħriġna” mir-riċessjoni.

    Għamel tajjeb imma għaliex issa?

    Il-ministru tal-finanzi Fenech għamel tajjeb li ħassar il-kuntratti mal-gvern tas-sid privat li kien qed jimpjega ħaddiema b’kondizzjonijiet li jiksru l-liġijiet dwar l-impjieg. Issa wieħed jittama li d-deċiżjoni titwettaq u mhux baxx baxx kollox jitħalla kif kien.

    Tqum il-mistoqsija: għaliex issa? L-Oppożizzjoni Laburista ilha żmien twil tħeġġeġ lill-gvern jieħu passi dwar kuntratturi tiegħu li b’mod flagranti qed jiksru l-liġijiet tal-impjieg fir-rigward tal-ħaddiema li jqabbdu magħhom. Il-gvern ma tax kas. Forsi l-kalkolu hu li lejliet elezzjoni, gonzi-pn jista’ jitlef aktar appoġġ f’voti u flus billi jibqa’ jagħlaq għajnejh, milli se jirbaħ billi jieħu passi? Gonzi-pn tant irriduċa l-ħidma politika għal ġirja wara l-poter akkost ta’ kollox, li mistoqsija ċinika bħal din sar jagħmilha kulħadd, inkluż partitarji akkaniti tiegħu. Smajtha mingħand wieħed minnhom.

    Mahler 08

    Mill-ġdid grazzi għall-you tube: kont naf bil-wirjiet eċċezzjonali li kien jagħti Leonard Bernstein meta jidderieġi s-simfoniji ta’ Gustav Mahler: issa rajtha tiġri f’video fejn tindaqq it-tmien simfonija kollha. Veru li ma’ Bernstein naraw u nisimgħu lill-orkestra filarmonika ta’ Vjenna b’żewġ kori kbar Vjenniżi u diversi kantanti ta’ kalibru kbir. Kollha jagħtu s-sehem tagħhom biex jagħmlu preżentazzjoni mill-aqwa. Magħrufa bħala s-simfonija tal-“elf” bl-ewwel moviment mibni madwar l-innu Veni Creator, it-tmien simfonija ta’ Mahler hi waħda mill-aktar impenjattivi li qatt inkitbu. Il-ħeġġa u s-sensittività ta’ Bernstein jagħtuha “eċitament” ġdid, qisha qatt ma ndaqqet qabel. Bir-raġun Bernstein baqa’ msemmi għal ħidmietu biex ix-xogħlijiet ta’ Mahler jiksbu rikonoxximent wiesa’ fl-Istati Uniti u barra minnhom.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0