Festi – sbieħ iżda skomdi (ii),

  • Lul 15, 2014 11:05
  • Miktub minn

    Il-festi ġeneralment huma organizzati minn grupp żgħir ta’ nies li, ħafna drabi, dan ikun l-unika delizzju li jkollhom. L-entużjażmu hi xi ħaġa tajba iżda mhux l-ewwel darba li dan l-entużjażmu jinbidel f’fissazzjoni u esaġerazzjoni. Peress li dawn isibu inkoraġġiment u ħafna drabi tifħir, dan l-entużjażmu jitlgħalhom għar-rashom u jibdew jiġu jaqgħu u jqumu minn ħaddieħor.

    Dan narawh ġimgħat qabel il-festa. Tibda tħoss li l-belt jew raħal ġie f’idejn grupp ta’ nies li, ngħiduha kif inhi, m’għandhom l-ebda awtorità. Jibdew jarmaw. Tittendi għaliex biex jarmaw ikollhom bżonn jużaw it-toroq permezz ta’ slielem, trakkijiet u inġenji oħra. S’issa għandni ma rajt l-ebda permess imwaħħal mal-ebda trakk minn dawn. L-istess, qatt ma rajt warden magħhom. It-traffiku jikkontrollawh huma kif joġgħobhom mingħajr ma' jagħtu każ ħadd. Filwaqt li ċittadin biex sempliċiment jagħmel xi ħaġa li jkollu bżonn permess mingħand il-Kunsill Lokali, dawn jagħmlu li jridu. Jista’ jgħaddu wardens u pulizija, għaliex qiesu ma' ġara xejn u jibqgħu għaddejjin filwaqt li kif iċ-ċittadin iż-żgħir imqar jgħawweġ xi liġi jsib il-forzi tal-ordni ma' wiċċu.

    Dan mhux argument biex kulħadd jagħmel li jrid iżda biex ħadd ma jkun fuq il-liġi. Jekk hemm liġi, din trid tiġi osservata minn kulħadd.

    U mbagħad xi ngħidu għal arroganza li għandhom xi wħud minn dawn in-nies. Mingħajr ma jieħdu permess mingħand ħadd iwaħħlu dak li jridu mal-faċċata ta’ djar tan-nies u ħoll xagħrek u ġib iż-żejt jekk xi ħadd ikellimhom.

    L-istess biex iwaħħlu t-tiżjin. Biex iwaħħlu arbli jaqbdu u jagħmlu toqob jew billi jkissu l-bankina jew billi jagħmlu ħofra fit-triq. S’intendi għal dawn m'hemmx bżonn permessi għax għal festa! Biex ngħidu kollox, hemm biċċiet minnhom li jirranġawhom puliti biex kif jispiċċa l-użu tagħhom jingħalqu u la jkunu ta’ inkonvinjent għal ħadd u lanqas ta’ periklu.

    Niġu issa għan-nar. Bħal kull ħaġa oħra tal-festi, dan joġgħobni, eseġarazzjoni li ma togħġobniex. Hi ħasra li dan ix-xogħol isir minn delettanti li ftit li xejn għandhom taħriġ fil-kimika. Dan joħloq periklu sew għad-delettanti stess u sew għal ħaddieħor. Għall-anqas din is-sena ttieħdu passi sabiex ikun hemm assigurazzjoni. Nemmen li hemm soluzzjoni biex jonqos il-periklu. Nemmen li nistgħu nnaqqsu ħafna mill-periklu billi kull kamra tan-nar ikollha inġinier li jispeċjalizza fil-kimika (chemical engineer),. B’hekk forsi naqtgħu l-inċidenti li mhux l-ewwel darba ġabu magħhom korrimenti jew mwiet.

    Niġu għan-nar propju. Il-logħob tan-nar tal-kulur fih pjaċir tarah. Ħasra li kellek ħafna festi li kienu jagħtu dan in-nar minn fuq il-baħar u issa sabuha aktar faċli li jisparawhom minflok minn fuq l-art. Magħhom inqatgħu wkoll l-ispettaklu li kien ikun hemm fuq il-baħar speċjalment bid-dagħjes ikkuluriti li kienu jżejnu l-bajjiet tagħna. Dawn kienu jagħtu aspett important ħafna tal-festi tagħna speċjalment fejn il-lokalità tmiss mal-baħar. Dan barra l-inkoraġġiment li kien jagħti lill-isports tal-baħar li kważi nqata' għal kollox.

    Biss ma nistax nifhem il-gost li fihom il-murtali tal-bomba. Ħlief boom ma fihomx. Il-ħsara li jagħmlu bil-ħoss tagħhom speċjalment fuq it-tfal! Dan barra li llum erġajna tlifna kull prudenza fuq il-ħinijiet. Għandek festi li l-isparar tagħhom jibdew filgħodu kmieni u ma jifqux tul il-ġurnata kollha. Hemm minnhom li jibqgħu għaddejin bl-isparar anki wara nofs il-lejl.

    Dan kollu jsir mingħajr l-ebda konsiderazzjoni għal dawk in-nies, speċjalment il-morda, li jkollhom bżonn il-mistrieħ. L-istorbju jfakkarni f’għaqda li b’dispjaċir ngħid li qatt ma qabdet f’Malta. Din hi n-Noise Abatement Society. L-ewwel darba li kont smajt biha kienet fis-Sittinijet għax kienet semmgħet leħinha fuq id-daqq tal-qniepen tal-knejjes li dak iż-żmien kienu jibdew idoqqu fl-erbgħa ta’ filgħodu. Naf li xi żmien ilu kienet reġgħet qamet, iżda ma tantx għamlet ħoss. Ħasra li din is-soċjetà ma qabdietx għax forsi tagħmel pressjoni sabiex ikollna liġi dwar il-ħsejjes esaġerati li għandna Malta. Irridu nammettu li Malta hu pajjiż storbjuż. Qiesa saret parti mill-kultura tagħna li biex ngħidu li qed nieħdu gost irridu bilfors nagħmlu l-istorbju.

    Naħseb l-aħjar eżempju hu tal-marċ ta’ filgħodu fil-jum tal-festa. Il-bluha li jkun fihom ma ddejaqniex sakemm ma jkunx hemm ġlied jew nar qalb il-folla. Minn dan tal-aħħar diġà kellna inċident din is-sena. Nittamaw li jkun wkoll l-aħħar wieħed.

    Il-marċi barra żvog għal bluha jistgħu jkunu wkoll espressjoni kulturali. Din mhux l-ewwel darba li saret. Għadni niftakar kont mort festa ż-Żejtun u hemm ħadt gost nara ż-żewġt baned li għandhom idoqqu fl-istess okkażżjoni. Għamlu żewġ planċiri ħdjen xulxin bis-siġġijiet għan-nies quddiemhom u waħda wara l-oħra taw kunċert veru sabiħ fil-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja fl-lejla sajfija. Huma dawn l-attivitajiet li barra li jagħtu gost u jġibu aktar għaqda fl-irħula tagħna għandhom valur kulturali u turistiku barra li jifirxu aktar kummerċ fl-irħula tagħna.

    Minkejja dak kollu li għidt xorta nemmen li l-festi huma importanti mill-ħajja tagħna u nistgħu nużawhom anki biex nippromovu t-turiżmu tagħna. Biss nemmen li rridu ndaħħlu dixxiplina biex verament ikunu festi ta’ kulħadd u mhux tal-minoranza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Lul 16, 2014

    Tezisti like or u

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 16, 2014

    Benny borg bonello; jiena ma nafx flima universita mort tistudja imma ha nejdlek dawn il-principji. Li ghaddek kemm ktiebt hawn fuq skuzani nejdlek li qed turi bic-car kemm ma taprezzax l-arti u t-tradizzjoni tana

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 16, 2014

    Bennu Borg Bonello, Qrajt l-artiklu tieghek u xi ftit min dan l-artiklu naqbel mieghek imma haga se nghid. FRigward l-armar, l

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 16, 2014

    Jo u No like, b'dak li ktibtu ikkonfermajtu kemm dak li kiteb is-Sur Benny Borg Bonello

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 17, 2014

    Artiklu assolutament bla bazi u mimli gideb fahxi, NISFIDAK iggib il provi ta dan kollhu li ktibt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 17, 2014

    Iggifiri taqblu li il murtali ghandom jibqaw sa tard bil lejl ? Naqbel li dak li taghmlu huwa sabih u fih element artistiku u ma nixtieqx li jinqataw, pero certu affarijiet huma intolerabli.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 17, 2014

    Biex ikun jaf dan il bravu.. kul haga li issir fil festa mil A sa Z kolloxx andu permess

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 17, 2014

    Benny borg bonello mhux ahjar tmur torqod u thallina fil paci u fejn ma tifimx titkellimx

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2014

    sur benny la studjat warwick imisek bqajt tghix hemm u lilna tal festi halina nghixu malta hekk ghamlu misirietna u hekk ha nkomplu naghmlu inkabru il festi u jek trid tara il kuluri biss ibda ghamel il festivals fil vojt inti la bniedem egojist

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2014

    Ħafna min dawk

    Irrispondi
  •  

Facebook