DIMENZJA

  • Ġun 26, 2014 10:58
  • Miktub minn

    Tinsa. Tinsa li tkun insejt. Tinsa li qed tinsa. Tinsa min huma ta’ madwarek, anki l-aktar għeziez għalik. Tinsa kollox; jew ftit... imma f’dożi dejjem akbar ta’ “ftit”; jew dak li tkun għadek kemm sirt taf nofs minuta ilu, u terġa’ tistaqsi dwaru, u terġa’.

    Id-dimenzja mhix marda li tolqot biss lix-xjuħ, speċjalment dawk li avvanzati sew fl-età – għalkemm huma li l-aktar li jinsabu fil-mira tagħha. Tolqot ukoll lil bnedmin li għadhom fl-aqwa ta’ ħajjithom – imma li f’daqqa jsibu li, għax qed iseħħ tibdil kimiku f’moħħhom, qed jitilfu kontroll fuq il-memorja tagħhom.

    Mal-Ewropa kollha qed jikber l-għarfien tal-qerda li d-dimenzja ġġib magħha. Hemm bżonn ta’ riċerka qawwija u żvilupp ta’ mediċini ġodda li jistgħu jikkombattuha. Xjenzati qed jgħidu li l-isforz li qed jiġi propost li jsir fis-snin li ġejjin, mhux biżżejjed biex jegħleb l-isfida tremenda li għandna quddiemna f’dal-qasam.

    F’Malta ttellqu l-ewwel miżuri biex nilqgħu għad-dimenza li qed tinfirex fostna wkoll. Għadna lura.

    LETTERATURA

    Taf li għadni niltaqa’ ma’ nies li l-letteratura għadha tentużjażmahom? U li jkunu lesti jitkellmu dwarha b’impenn?

    Ġratli darbtejn, tlieta fl-aħħar xahrejn li niltaqa’ ma’ nies li qatt ma rajthom qabel, u li minflok jiftħulha fuq politika (kif naturalment stennejthom se jagħmlu), jaqbdu diskurstata dwar il-letteratura, tal-lum u tal-bieraħ, Maltija u barranija.

    Frankament ħassejtni ħafna aktar interessat nitkellem magħhom milli kieku qabduli fuq l-aħħar intriċċ għaddej fil-Parlament Ewropew, fejn hemm ħafna intriċċi jixxebilku f’xulxin.

    Kont mingħalija... kont qed nibza’... li l-interess fil-letteratura qed imajna għal kollox. Mentri mhux hekk.

    TEDDIE

    Kien raġel ġenwin u ħabrieki. Kien jitkellem bis-sens u bla kantunieri. Imma kien ukoll ġentili u diskret.

    Lil Teddie Borg kont nafu bħala attivist politiku u bħala animatur sportiv ta’ kalibru. F’dak li jidħol għalih, kien juri serjetà u stamina. Fil-qasam sportiv, kien wieħed min dawk mhux numeruzi, li ħolqu spazju oriġinali u qawwi għas-Super One TV.

    Fl-aħħar snin, ftit iltqajna. Kont naf li baqa’ għaddej bil-proġetti tiegħu. Imbagħad smajt li qed ikollu problemi ta’ saħħa. Sirt naf tard wisq b’mewtu u ma kienx hemm ħin biex nattendi l-funeral. Lil martu Rosella u l-familja kollha tiegħu nibgħat kondoljanzi profondi.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Ġun 27, 2014

    F'Malta jidher li l-Partit Laburista qed ibati minn dimenzja akuta tal-principji li haddem meta kien hemm Mintoff imexxih fejn l-ewwel u qabel kollox kien hemm Malta u l-Maltin

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 28, 2014

    Dr Sant, Il-letteratura ħafna aħjar mill-politika biex ittik ftit serħan, imma jkolli ngħid li l-kitba "letterarja" tiegħek tati sfidi ikbar minn dawk politiċi u kurrenti.

    Irrispondi
  •  

Facebook